Msida – One News

Notifiki

Bil-Filmat: Sewwieq l-Isptar wara li nqaleb bil-karozza fl-Imsida

Raġel ta’ tmienja u ħamsin sena mill-Marsa ittieħed l-isptar għall-kura wara li kmieni dalgħodu nqaleb bil-karozza fl-Imsida.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 a.m. fit-Triq Victor Denaro kantuniera ma’ Triq SS Caruana meta għal xi raġuni s-sewwieq li kien qiegħed isuq Toyota Vitz ħabat ma’ vettura tal-għamla Ford Transi misjuqa minn raġel ta’ 54 sena minn Ħal Qormi.

Jidher li mad-daqqa, ix-xufier tal-Vitz tilef il-kontroll u nqaleb bil-karozza tant li spiċċat rasha ‘l isfel fuq il-bankina tan-naħa l-oħra tat-triq.

Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għaddhom għaddejjien.

Fjuri madwar il-wiċċ ta’ Kristu fl-Imsida

Għadd ta’ fjuri kkuluriti magħmulin mill-karti tpoġġew b’tali mod li ġie ffurmat disinn sabiħ madwar wiċċ ta’ Kristu Redentur.

Din l-opra artistika saret fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Ġużepp fl-Imsida.

Din saret mill-Kummissjoni Armar u Proġetti fi ħdan l-Għaqda Melita, Banda San Ġużepp. Id-disinn juri l-bust tal-Ecce Homo.

Tfajla ta’ 19-il sena tittajjar fl-Imsida

Tfajla ta’ 19-il sena sfat imtajra dalgħodu fl-Imsida. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.05am fi Triq ix-Xatt.

It-tfajla residenti f’Birkirkara hija mill-Oman u sofriet ġrieħi gravi.

Jidher li t-tfajla ntlaqtet minn karozza tat-tip Hyundai I20 minn mara ta’ 68 sena mill-Gżira.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Zebra crossing roża għax-xahar ta’ Ottubru

Bħala inizjattiva biex titqajjem aktar kuxjenza dwar il-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider għax-xahar iddedikat proprju għalhekk, Transport Malta ddeċidew li jiżbgħu ż-zebra crossing roża fil-lokalità tal-Imsida. Il-kulur li għandu sinifikat importanti tul ix-xahar ta’ Ottubru.Aqra aktar

Kuċċier u żiemel midruba wara inċident f’Tal-Pietà

Kuċċier ta’ karozzin tilef il-kontroll tal-karozzin wara li għal xi raġuni ż-żiemel sfratta u ħarab. Konsegwentement, il-kuċċier li għandu 55 sena, residenti Tas-Sliema, waqa’ minn fuq il-karozzin u ġarrab xi ġrieħi.

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà.

Aqra aktar

Send this to a friend