Notifiki

Ħaddiema li jaħdmu mal-anzjani se jingħataw aktar taħriġ dwar vulnerabbilitajiet fost anzjani

Tlieta u sebgħin ħaddiem mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità se jkunu qed jingħataw taħriġ permezz ta’ żewġ programmi speċjalizzati, wieħed  dwar il-vulnerabbiltajiet fost l-anzjani, u ieħor dwar kif wieħed jista’ jgħin lill-anzjani permezz tal-arti, li tinkludi mużika, tpinġija u drama. Dan ħabbru l-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia.Aqra aktar

Il-persuni b’diżabilità se jmissu max-xjenza bi ftehim fl-Esplora

Ftehim bejn il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja se jwassal biex il-bini tal-Esplora u l-attrazzjonijiet li joffri dan iċ-ċentru għax-xjenza interattiva jkunu aċċessibbli għal kulħadd.

B’hekk mal-wieħed u għoxrin elf persuna li għandhom il-kartuna tad-diżabilità se jgawdu min-numru ta’ inċentivi.

Dan billi fost oħrajn, gruppi ta’ persuni b’diżabilità li jattendu fiċ-ċentri ta’ matul il-jum igawdu minn żjarat fl-Esplora u wkoll imissu max-xjenza b’mod interattiv.Aqra aktar

Iffirmati żewġ MoU għal aċċess diġitali aħjar lill-persuni b’diżabilità

Ġew iffirmati żewġ ftehimiet biex is-siti online tal-Gvern kif ukoll l-applikazzjonijiet diġitali jkunu aċċessibbli għall-persuni b’abbiltajiet differenti.

Dawn il-ftemhiet isegwu direttiva tal-Unjoni Ewropea li sal-aħħar ta’ din is-sena kull mezz diġitali għandu jkun aċċessibbli minn kulħadd. Aqra aktar

Ġemellaġġ bejn l-Imdina u Dongcheng iċ-Ċina

Il-bieraħ ġie ffirmat Memorandum of Understanding għal ġemellaġġ bejn il-Belt tal-Imdina u d-distrett Ċiniż Dongcheng f’Beijing. Għal dan l-iffirmar kienu preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Sivio Parnis, l-Ambaxxatur ta’ Malta għaċ-Ċina, l-E.T. John J. Aquilina, l-Ambaxxatur taċ-Ċina għal Malta, l-E.T. Jiang Jiang, is-Sindku tal-Imdina Peter Dei Conti Sant Manduca, l-Konsulent tal-Kunsill ta’ Dongcheng, Zhang Jiaming u Reno Calleja l-President tal-Malta China Friendship Society.

Aqra aktar

Jintlaħaq qbil bejn Malta u l-Ukraina dwar il-ftuħ ta’ hub agrikolu

Malta u l-Ukraina bdew diskussjonijiet serji sabiex f’pajjiżna jkun hawn ċentru loġistiku tal-Kumpanija Antonov li timmanifatura l-ajruplani.

Dan iċ-ċentru huwa maħsub li jibda jservi ta’  faċilità għall-manutenzjoni ta’ dawn it-tip ta’ ajruplani li jopperaw fl-Afrika.

Ħabbar dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt konferenza tal-Aħbarijiet indirizzata mal-President tal-Ukraina Petro Poroshenko li matul il-ġurnata tat-Tlieta għamel żjara statali f’ pajjiżna.

Aqra aktar

Send this to a friend