L-Awtorità tal-Mediċini twieġeb: Il-MAP tnaqqas l-abort

L-Awtorità dwar il-Mediċini wieġbet għall-protest kontra l-morning after pill li għamlu Miriam Sciberras u Klaus Vella Bardon tal-Life Network Foundation.

Fit-tweġiba, xejjnu għal kollox l-argument li bil-Morning After Pill f’pajjiżna daħal l-abort, tant li fil-protest intqal li “l-awtorità tal-mediċini trid tgħamilha ċara li l-preżenza tal-kontraċezzjoni ta’ emerġenza ma tagħtix lok għal abort iżda tipprovdi mezz mhux abbortiv biex proprju tnaqqas in-numru ta’ inċidenza ta’ abort.”

Aqra aktar

Protest fil-Qorti kontra l-morning after pill

Miriam Sciberras u Klaus Vella Bardon komplew bil-kampanja tagħhom u ta’ dak li jsejħu l-Life Network kontra l-morning after pill tant li ressqu protest ġudizzjarju fil-Qorti kontra l-Morning After Pill.  

Fil-protest qalu li huma favur il-ħajja  u din ir-raġuni tal-protest kontra l-Awtorità tal-Mediċini li tat il-permess li tħalli l-morning after pill f’pajjiżna. Għal darb oħra sostnew li l-morning after pill mhijiex kontraċettiv fis-sens ordinarju tal-kelma, u anke jekk kienu kwotati rapporti xjentifiċi li jsostnu mod ieħor intqal li din tista’ tkun abbortiva.

Aqra aktar

Abort minn taħt? Jistaqsu l-Life Network Foundation

Abort minn taħt. Hekk qed jissuġġerixxu dwar l-introduzzjoni tal-Morning After Pill f’pajjiżna l-Life Network Founation.

Dawn tal-aħħar se jorganizzaw diskussjoni pubblika, bil-mistieden ewlieni jkun riċerkatur u tabib minn Università Taljana. Saħansitra qed tintbagħat email lil studenti Universitarji dwar din id-diskussjoni.

Preċedentemnt, l-istess Fondazzjoni kienet insistiet li ladarba l-abort hu illegali f’Malta, jekk toħrog liċenzja għall-MAP meta hemm evidenza xjentifika ċara li turi li l-MAP għandha elementi li jikkawżaw abort, l-Awtorità li toħroġ din il-licenzja tista’ jkun ħati li kkommetta rejat.

L-Awtorità tal-Mediċini iddeċidiet li l-morning-after pill Ella One tista’ tinxtara mingħajr il-preskrizzjoni tat-tabib. Dan wara moviment nazzjonali li argumenta favur id-dritt tal-għażla,u wara diversi argumenti li qalu li l-pillola mhix abortiva. Il-Ministru Helena Dalli kienet fost dawk li ma qabiltx mal-bżonn ta’ preskrizzjoni ta’ tabib biex wieħed jixtri l-pill f’każ ta’ emerġenza. Infatti llum tista’ tixtri l-pill mingħajr din il-preskrizzjoni – pass li jtawwal iż-żmien meta din il-pillola tkun effettiva.

Aqra aktar

Josie Muscat b’ordni biex is-St James ma jbigħx il-MAP

It-tabib Josie Muscat, li tiegħu huma l-isptarijiet St James u li parti minnhom hemm numru ta’ spiżeriji, ta ordni ċara kontra l-bejgħ tal-Morning After Pill. Dawk li jikkampanjaw kontra l-użu ta’ din il-pillola, li x-xjenza tgħid li mhix abbortiva, ikkonfermaw dan fil-paġna tagħhom fuq facebook.

Aqra aktar

Fl-aħħar il-MAP tinsab fl-ispiżeriji Maltin!

Il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa llum ħabbret fuq il-paġna tas-sit soċjali Facebook li llum ġiet informata li l-Morning After Pill, Ella One, hi disponibbli fl-ispiżeriji.

Il-Fondazzjoni rringrazzjat lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor kienu ta’ għajnuna biex din il-kisba setgħet tkun possibbli.

Aqra aktar

“IRREVEDUHA”: Godfrey Farrugia b’appell lill-Awtorità tal-Mediċini dwar il-morning after pill

 

Il-Whip tal-Gvern, Godfrey Farrugia għamel sejħa lill-Awtorità tal-Mediċini biex tirrevedi l-linji gwida li bi ħsiebha tibgħat lill-professjoni medika dwar il-bejgħ u l-amministrazzjoni tal-morning after pill.

Meta kien qed jitkellem fl-aġġornament, Dr Farrugia ikkwota studju xjentifiku li were li l-pillola Ella One tista’ ma tħallix l-impjantazzjoni ta’ embrijun jew saħansitra toqtlu bil-ġuħ. L-istudju jagħmila ċara li Ella One hija pillola abortiva.

Dr Farrugia qal li f’Malta l-abort huwa illegali f’Malta u m’għandux ikun hemm logħob bil-kliem. L-abbozz ta’ linjigwida li għandhom jiġu ppubblikati mill-Awtorità tal-Mediċini, juru li din “tilfet triqitha”, li “tinsa x’tgħid il-liġi Maltija li l-Awtorità hi suġġetta għaliha”.

Aqra aktar

Send this to a friend