monti – One News

Notifiki

Self mill-monti minflok bl-użura

  • WAĦDA MILL-EWWEL ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI TA’ PAJJIŻNA

Il-Monte di Pietà ħolquh il-Kavallieri ta’ San Ġwann u għadu jeżisti sal-lum. Għalkemm maż-żmien naqset ħafna l-importanza tiegħu, sakemm ikun għad hemm min ifittxu għad għandu post importanti f’soċjetà li trid tevita li persuni f’diffikultà jaqgħu fil-vizzju tal-użura.

Dan għax mill-Monte di Pietà wieħed jissellef il-flus, jew aħjar jirhan, billi jieħu d-deheb jew il-fidda li jkollu fil-bini tal-Monti u minflok jingħata flus. Is-sena l-oħra kien hemm 173 polza mirhana b’valur ta’ €22,035 u 290 polza mifdija (fejn n-nies ħallsu u ħadu flushom lura) b’valur ta’ €34,175.

David Borg, uffiċjali tal-Monti qal li l-oġġetti ta’ materjal prezzjuż ivarjaw minn ġojjelli tad-deheb għall-gandlieri tal-fidda u ġojjellerija antika.

“L-oġġetti jiġu vvalutati dak il-ħin stess minn espert f’dan il-qasam. L-ammont ta’ flus li l-persuna tingħata bħala self huwa persentaġġ tal-valur intrinsiku tal-oġġetti iżda hemm limitu ta’ kemm persuna tista’ tissellef f’ġurnata waħda. Naturalment, il-ġojjellerija hekk mirhana tiġi miżmuma mill-uffiċċju tal-Monti taħt sigurtà kbira,” spjega Borg.Aqra aktar

Ta’ Triq il-Merkanti sodisfatti wkoll

Instabet l-aqwa soluzzjoni għall-kull minn irid jaqla l-għixien tiegħu mill-bejgħ.

Sentiment li esprimewh magħna mhux il-bejjiegħa tal-monti li ġew rilokatti fi Triq Ordinanza iżda anki sidien tan-negozji fi Triq Merkanti fil-Belt Valletta.

Negozjanti li għandhom in-negozju tagħhom f’din it-triq kienu ilhom imħassba li l-monti fi Triq Merkanti kien qed itellef il-viziblta tal-ħanut tagħhom u jtellef mis-sbuħija ta’ din it-triq.

Aqra aktar

Bdew bit-tajjeb!

L-ewwel jum għal bejjiegħa tal-monti fi Triq l-Ordinanza jidher li ma kienx ħażin. Tkellimna magħhhom u qalulna li huma kuntenti bil-bidla, flilwaqt li l-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona fisser kif il-gvern żamm il-kelma tiegħu anke jekk id-diskussjonijiet waslu għal kompromess.

Aqra aktar

Send this to a friend