moda – One News

Notifiki

Kantanta ta’ Fifth Harmony b’tibdila ta’ disinjaturi tal-moda Maltin

Il-kantanta Ally Brooke, li tifforma parti mill-grupp Fifth Harmony lbieraħ poġġiet ritratt tagħha nnifisha fuq il-midja soċjali liebsa tibdila li ġiet iddisinjata mill-figuristi Maltin Charles&Ron.

Kien propju fuq Instagram li poġġiet żewġ ritratti b’din it-tibdila fejn fuq l-ewwel wieħed, s’issa, għandha aktar minn 89,000 like u kważi elf kumment ta’ tifħir.

Aqra aktar

Tal-moda! Malta u s-Serbja jikkollaboraw

Ilbieraħ tnediet is-seba’ edizzjoni tal-Malta Fashion Week, liema avveniment huwa ddedikat għall-moda permezz ta’ programm mifrux fuq seba’ t’ijiem. Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici indirizza l-avveniment u saħaq li din il-ġimgħa saret parti mill-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna.

Il-Ministru qal li l-Malta Fashion Week qiegħed dejjem iżid fil-popolarità u saħaq li l-kultura u d-dinja tal-moda jmorru id f’id. Owen Bonnici qal li l-Malta Fashion Week hija importanti ħafna għall-artisti u disinjaturi għax toffrilhom opportunità li jesponu x-xogħol tagħhom u jwasslu l-ħsibijiet kreattivi tagħhom quddiem udjenzi lokali u internazzjonali.

Aqra aktar

Moda ġdida – togħġbok jew le?

BOXERS: l-irġiel għamlu ħabta l-ħin kollu jiġru bihom. Mhux għax għandhom jiġru mingħajrhom, imma ħafna jargumentaw li ħwejjeġ ta’ taħt m’għandhomx ikunu hemm biex wieħed jarahom; għandhom jibqgħu ‘ta’ taħt’.

Għamel ħabta moda l-qalziet baxx bil-faxx tal-boxers jidher, ġeneralment ta’ xi ditta. Ħafna għadhom isegwu din il-moda, mhux għax jifmhu wisq fl-haute couture imma għax ma jarawx bżonn ċintorin jew ħajjat tajjeb.

S’issa ma kinitx moda li qabdet sew man-nisa. Għalkemm ċfuf, spag u żigarelli rajna bil-bosta, boxers ftit li xejn.

Aqra aktar

Iċ-ċoff ‘extra-large’ li bħalissa moda ġie projbit fi skejjel Ingliżi

Jissejjaħ JoJo Bow. Huwa tip ta’ ċoff kbir ħafna li tista’ tagħmlu mat-toppu jew xi stil elaborat ieħor. Fir-Renju Unit tfal tal-iskola u adoloxxenti iffissati fuq dan iċ-ċoff, li jispira ruħu mis-serje televiżiva Amerikana Dance Moms, fejn Jojo kienet protagonista.

Id-dipartiment tal-edukazzjoni Ingliż ħareġ regola stretta: dawn iċ-ċfuf ma jidħlux l-iskola. Jemmnu li huma ‘distracting’; ċioe li jtellfu l-attenzjoni. Aħbar ħażina għal min diġà ġemma kollezzjoni. Ċoff wieħed jiswa bejn £8 u £12.
Aqra aktar

Issa moda ġdida!

Jekk tara lil xi ħadd iżomm karta fl-ajru quddiem xi xena u jieħu ritratt, tieħux qata’.

Għadu mhux qed jiblieh, imma qed isewgi moda ġdid għal żmien San Valnetinu. Moda li qed iddur fuq Facebook u li waslet pajjiżna wkoll. Dak li jkun jikteb messaġġ fuq karta, bl-ismijiet tal-persun involuti. Per eżempju: “Mario, l-imħabba ta’ Maria lejk tant hi kbira, li laħqitna hawn Malta!”

Aqra aktar

Qabel taqra l-artiklu, aħseb f’hairdresser famuż jew famuża

Vidal Sassoon, Trevor Sorbie, Charles Worthington – dawn huma ftit biss mill-ismijiet kbar fejn jidħol il-hairdressing. Huma kollha irġiel.

Fatt stramb li qabad miegħu il-BBC, f’artiklu fejn jinnota li 88% ta’ din l-industrija hi magħmula minn nisa.  Allura għaliex ftit li xejn nisimgħu bi stilisti tax-xagħar nisa li saru famużi?

Karine Jackson hija l-kanċillier tal-Fellowship of British Hairdressers. Temmen li din hija mistoqsija li tiswa mitqlu deheb. Tikkonkludi li n-nisa ma jiftaħrux biżżejjed bix-xogħol tagħhom, daqs kemm jagħmlu l-irġiel.

Dan jirrifletti anke fejn jidħlu l-għażliet għal premji prestiġjużi, bħal British Hairdresser of the Year fil-British Hairdressing Awards.

Mhux talli 88% ta’ dawk fl-industrija huma nisa, talli 79% tas-sidien ta’ ħwienet tax-xagħar huma nisa.

Aqra aktar

Raġel? Aqra sew!

Taħsbu li għadda ż-żmien meta l-gwardarobba tal-mara tkun tliet darbiet ikbar minn dik tar-raġel? Milli nistgħu ninnotaw, l-irġiel illum saru jagħtu każ id-dehra tagħhom daqs, jekk mhux aktar, minn-nisa.
L-ajru kull ma jmur dejjem jisħon. Għalhekk ġietna l-kurżità nistaqsu x’inhuma l-aktar trends li spikkaw fost il-kollezzjonijiet tal-irġiel għas-sajf li ġej.

Aqra aktar

Send this to a friend