Jitwaqqfu l-funzjonijiet reliġjużi fil-knejjes

Il-Knisja ħabbret li qed twaqqaf il-funzjonijiet reliġjużi kollha b’effett immedjat, għajr għall-quddies tal-funeral u ċ-ċelebrazzjoni tar-rit taż-żwieġ.

Il-Kurja qalet li dawn il-miżuri li qed jitħabbru bi qbil mal-awtoritajiet tas-Saħħa, se jibqgħu fis-seħħ sal-ħdax tal-April.

Fi stqarrija il-Kurja qalet li l-Knejjes prinċipali se jibqgħu miftuħa għat-talb privat.

Il-Knisja saħqet biex meta wieħed jidħol il-Knisja għandu jibqa’ jimxi mal-miżuri kollha preżenti għall-ħarsien tas-saħħa.

L-Isqfijiet ħeġġew lil kulħadd biex f’dan iż-żmien iħarsu id-direttivi filwaqt li jappellaw għat-talb għas-saħħa tal-poplu tagħna.

L-Insara huma mistiedna ta’ kuljum jingħaqdu fit-talb permezz taċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa mxandra anki fuq l-istazzjon ONE.

ARA: Il-lista ta’ ħwienet u servizzi li mhumiex essenzjali

Din hija l-lista ta’ ħwienet u servizzi li mhumiex essenzjali u li minn għada mhux permess li jiftħu:

• Tal-ħwejjeġ
• Tal-ħwejjeġ sportivi
• Ġojjelleriji
• Tal-basktijiet, bagalji u prodotti oħra tal-ġilda
• Prodotti tas-sbuħija
• Tal-fwieħa
• Tal-fjuri
• Tal-ħjata u crafts
• Tal-ġugarelli
• Tas- souvenirs
• Tal-għamara
• Soft furnishings u discount stores
• Parrukkiera
• Tad-dwiefer
• Beauticians
• Tattoists

Dawn il-ħwienet u servizzi se jibqgħu magħluqin sal-11 t’April.

ARA: Liema huma l-miżuri mħabbra biex tkompli tiġi mrażżna l-imxija

Dawn huma l-miżuri li se jittieħdu biex tkompli tiġi kkontrollata l-imxija;

• Jingħalqu l-ħwienet li joffru prodotti u / jew servizzi meqjusa mhux essenzjali
• Ristoranti tal-lukandi jistgħu joffru biss ikel u xorb permezz ta’ room service jew delivery
• Vjaġġi għal Għawdex jistgħu jsiri biss għall-bżonn essenzjali u jew min għandu proprjetà fil-gżira Għawdxija
• Il-limitu ta’ gruppi ta’ nies fil-pubbliku jonqos minn sitt għal erba’ persuni
• Ma jinġemgħux nies fid-djar privati.
• L-isport organizzat kollu huwa sospiż
• Jingħalqu l-gyms u l-pixxini
• Jingħalqu s-swali taċ-ċinema, mużewijiet u teatri
• Ma jsirux tiġijiet
• Sospiżi l-attivitajiet reliġjużi
• Funerali jsiru skont il-protokolli li diġà huma fis-seħħ
• Minn nhar it-Tnejn se jingħalqu l-istituzzjonijiet edukattivi kollha. Il-lezzjonijiet li fadal qabel ma jibdew il-vaganzi tal-Għid se jingħataw online.
• In-negozji kollha milquta se jieħdu l-Covid Wage Supplement b’mod sħiħ

Send this to a friend