Ara kif għandek tieħu ħsieb saħħtek f’dawn il-jiem sħan

Hekk kif bħalissa t-temperaturi jinsabu telgħin, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qed iħeġġeġ lill-pubbliku biex jieħu sett ta’ miżuri ħalli jieħu ħsieb saħħtu. Dan billi fost oħrajn jinxtorob ħafna ilma. Dan hekk kif fil-jiem li ġejjin qed ikun imbassar it-temperaturi se jilħqu t-38°C, temperaturi għoljin jikkawżaw telf ta’ ilma mill-ġisem b’rati mgħaġġla li jirriżultaw f’nixfa.Aqra aktar

Bosta sodisfatti u kuntenti bil-ftuħ mill-ġdid tal-każini

Il-Ħadd reġgħu fetħu l-każini taħt il-kontroll ta’ numru ta’ miżuri biex tipprevjeni t-tixrid tal-Covid-19.

ONE News żar żewġ lokalitajiet biex jara l-andament ta’ dan il-jum wara li l-każini kienu fost dawk li l-aktar intlaqtu mill-miżuri marbuta mal-pandemija.

Fil-fatt, f’Ħal Għaxaq Marvic Abela, il-President tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp, stqarr li dan il-jum kien ilu mistenni.

Aqra aktar

Aktar minn 60% tal-adulti f’Malta huma mlaqqma b’minn tal-inqas l-ewwel doża

Aktar minn sittin fil-mija tal-adulti f’Malta huma mlaqqma b’minn tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Coronavirus.

Ma’ ONE News, fil-jum li ġew rilaxxati numru ta’ miżuri fil-pjan meqjus tal-Gvern, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci qalet li numru sostanzjali mill-persuni li tlaqqmu f’pajjiżna, ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin.

Qalet li hekk kif illum komplew jonqsu l-miżuri, huwa kruċjali li jibqgħu jiġu segwiti l-mezzi ta’ mitigazzjoni.

Filwaqt li appellat biex kull min hu eliġibbli, jirreġistra biex jitlaqqam, saħqet fuq l-importanza li meta nattendu fil-postijiet li qed jinfetħu, inżommu d-distanza, nilbsu l-maskri u naħslu idejna ta’ spiss.

“B’dawn l-affarijiet kollha flimkien, nibqgħu mexjin, inżommu n-numri baxxi u jkollna kontroll tas-sitwazzjoni biex nibqgħu għaddejjin mill-pandemija bl-inqas impatt possibbli”, temmet il-Prof. Gauci.

Jitħabbru sensiela ta’ rilaxx ta’ miżuri fosthom aktar ħinijiet tal-ftuħ tar-ristoranti u bars sa xahar ieħor

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretedent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tħabbru iżjed rilaxx ta’ miżuri u ġie kkonfermat ir-rilaxx ta’ miżuri oħra minn nhar it-Tnejn li ġej.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal kif madwar id-dinja, il-pandemija globali għadha qalila, iżda qal kif f’pajjiżna s-sitwazzjoni tinsab waħda stabbli, hekk kif matul il-jum tal-Erbgħa nstabu biss disa’ każijiet biss pożittivi.Aqra aktar

Send this to a friend