Notifiki

Il-miżuri soċjali mfaħħra wkoll

Il-miżuri tal-Gvern fil-qasam soċjali biex dan jilqa’ għall-effetti tal-Covid-19 biex jilqa’ l-effetti tal-COVID-19 ingħataw prominenza mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà Soċjali, li għandha taħt il-protezzjoni tagħha bosta aġenziji u dipartimenti governattivi minn pajjiżi differenti. F’analiżi dwar kif il-pajjiżi pproteġu dan il-qasam tul il-pandemija, l-Assoċjazzjoni qalet li l-miżuri kollha tal-Gvern Malti flimkien ma’ Aġenziji bħal Malta Enterprise u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, ikkontribwixxew bi sħiħ biex il-popolazzjoni tiġi mħarsa mill-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi. Dawn kollha kienu effettivi wkoll biex ir-rata ta’ infezzjoni fil-pajjiż tinżamm baxxa, biex jissalvaw mall-100,000 impjieg, u biex żewġ terzi tal-impjegati fis-settur privat jirċievu għajnuna finanzjarja. Hawn issemmiet ukoll il-ħidma li saret biex jitħarsu anzjani, persuni vulnerabbli u persuni b’diżabilità. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Nistgħu noħolqu impjiegi ġodda f’realtà ekonomika ġdida

Il-membru parlamentari Ewropew Laburista Miriam Dalli rrappreżentat il-pożizzjoni tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi dwar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew fuq il-Green Deal Ewropew.

Il-pożizzjoni tagħha kienet b’saħħitha, dwar kif dan il-ftehim jista’ jippożizzjona lill-Ewropa fuq quddiem f’industriji li joperaw b’mod li jiffavorixxi il-klima.

Aqra aktar

Send this to a friend