missier – One News

Notifiki

F’inqas minn tliet ġimgħat oħra nistgħu nneħħu r-restrizzjoni li missier ma jitħalliex isegwi l-esperjenza kollha tat-twelid – id-DPM

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne, ħabbar li waħda mill-miżuri li ser tkun riveduta fl-għeluq ta’ tliet ġimgħat minn mindu sar l-ewwel tnaqqis fil-miżuri kontra l-Coronavirus, hija dik li l-missier ma jitħalliex fis-sala tal-ħlas tul l-esperjenza kollha tat-twelid.Aqra aktar

Missier ta’ 12-il tifel u tifla jiċħad akkużi ta’ vjolenza domestika

Missier ta’ 12-il tifel u tifla ċaħad akkużi ta’ vjolenza domestika wara li martu qalet li kkawżalha ġrieħi ħfief wara li mbottaha mit-taraġ għal isfel.

Fil-Qorti, il-Pulizija qalet li l-mara tal-akkużat instabet f’dar f’Bormla fid-demm ma’ wiċċha wara li ċemplet għall-għajnuna. Jidher li l-koppja ta’ spiss kienet targumenta b’mod serju.

L-akkużat, li għandu sitta u erbgħin sena, ċaħad dawn l-akkużi kollha, inkluż li bl-imġieba tiegħu, martu ma kellhiex għażla oħra ħlief li tibża’ li se tintuża l-vjolenza kontriha f’darha.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit semgħet ukoll kif ir-raġel huwa missier dedikat ħafna lejn uliedu, partikolarmant it-tifla ż-żgħira li qal li ta’ kuljum kien iwassalha l-iskola u jieħu ħsiebha waqt li ommha kienet tkun ix-xogħol.

Ir-raġel żied jgħid li kien ilu m’omm uliedu għal 28 sena u li “nixtieq li nirranġaw l-affarijiet, għaliex inħobbha”.

Iż-żewġ partijiet ipprovdew verżjonijeit differenti ta’ x’ġara, u r-raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest abbażi ta’ diversi kundizzjonijiet, fosthom li jirrispetta ordni ta’ protezzjoni li nħarġet mill-Qorti, li ma jersaqx lejn martu, u jsib x’imkien ieħor fejn jgħix.

Huwa kien ordnat ukoll li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa, li ma joħroġx mid-dar bejn il-11:00pm u s-07:00am, u li jintrabat b’garanzija personali ta’ €8,000.

Il-Qorti żiedet tgħid li jekk ir-raġel jikser l-ordni ta’ protezzjoni jeħel massimu ta’ €7,000 u sentenza ħabs.

“Imqar tibgħatli messaġġ”- L-appell ta’ missier Meghan Markle lil bintu għal żmien il-Milied

Missier Meghan Markel appella lir-reġina Eliżabetta biex tħeġġeġ lid-Dukessa terġa’ tagħmel kuntatt ma’ missierha.

Dan wara li jiem biss qabel it-tieġ tagħha lill-Prinċep Harry, Thomas Markle ħabbar li ma kienx se jattendi minħabba kumplikazzjonijiet ta’ saħħa. Markle qal li ma kellu ebda kuntatt ma’ bintu għal xhur sħaħ, minkejja li bagħtilha diversi messaġġi fuq il-mowbajl personali tagħha, id-Dukessa l-ġdida għażlet li ma tweġibx.Aqra aktar

“Fenek huwa aktar ħelu minn binti”- missier li pprefera jmur jitma’ l-qtates milli jara lil bintu titwieled

Omm se tkun fdata mill-ġdid bil-kustodja u l-kura ta’ wliedha fuq ordni tal-Qorti, wara li din semgħet kif fost episodji oħra, is-sieħeb tal-mara mar jitma’ lil numru ta’ qtates waqt li hija kienet qed twelled.

Jidher ukoll li r-raġel lanqas biss żar lis-sieħba tiegħu, u meta l-għada pruvat tikkuntattjah ma weġibx għat-telefonati li ppruvat tagħmillu. Jidher ukoll li kollox beda kif intemmet ir-relazzjoni ta’ bejniethom.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Identifikat missier Cristiano

Testijiet xjentifiċi ikkonfermaw min hu missier it-tarbija Cristiano, li nstab abbandunat f’Buġibba f’Settembru li għadda.

Dan żvelatu l-gazzetta Kullħadd, li żiedet tgħid li dawn l-istess testijiet xjentifiċi kkonfermaw il-verżjoni li tat l-omm dwar l-identità ta’ missier binha. Imkejjen qrib l-investigazzjoni kkonfermaw mal-gazzetta li t-tifel sab ruħu fl-għożża tas-sorijiet tal-ursolini, u li l-omm bdiet tirkupra mit-trawma li għaddiet minnha u fetħet qalbha dwar dak li għaddiet minnu.Aqra aktar

Send this to a friend