miss universe – One News

Notifiki

Is-sbejħa Maltija ddur id-dinja mat-taraġ ta’ Kastilja

“Li nieħu sehem f’Miss Universe minn dejjem kienet ħolma għalija, u li qed nirrappreżenta lil pajjiżi wara 15-il sena milli tieħu sehem huwa unur kbir.”

Hekk qalet Martha Fenech, is-sbejħa Maltija li qed tirrappreżenta lil Malta fil-kompetizzjoni ta’ Miss Universe ġewwa l-Filippini, f’filmat qasir b’xenarju mill-isbaħ minn madwar Malta. Filmat li intwera għal aktar minn 66,000 darba wara li tpoġġa fuq il-paġna uffiċjali ta’ Miss Universe, paġna li għandha ‘l fuq minn seba’ miljun segwaċi.

Aqra aktar

Malta b’waħda mill-isbaħ tfajliet fl-univers

Martha Fenech, li qed tirrappreżenta lil Malta f’Miss Universe, kompliet b’ħidmitha tirrappreżenta lil Malta ilberiaħ filgħaxija fil-Filipini, fil-kompetizzjoni ta’ Miss Universe. L-ewwel 12-il finalista se jkunu qed jitħabbru t-Tnejn li ġej fis-2am ta’ filgħodu, ħin lokali, waqt xandira diretta ta’ Miss Universe .

Fi kliemha stess:

Tonight has truly been a night I will never forget. I cannot begin to explain all the emotions I felt. I felt nervous, excited, thrilled, terrified. Above all I felt honoured. Honoured to be called on stage as MALTA. I may come from a small island but this small island has a big passionate heart and an amazing nation. No matter where you come from or what your background is-Dream Big ⭐️ 🌟⭐️
Looking forward to the final!! Whatever the result I am satisfied I gave it my all. Thank you for sharing this journey with me 🇲🇹

Issa jmiss li nistennew sa nhar it-Tnejn, meta Martha tipparteċipa fis-serata finali…jista’ jkun li għall-ewwel darba jkollna Miss Universe Maltija.

Aqra aktar

Fi triqtha biex tirrappreżenta lil Malta fil-Filippini

L-avventura tal-parteċipanta Maltija f’Miss Universe bdiet b’mod uffiċjali illum, bid-destinazzjoni tkun għal Manila fil-Filippini. Hekk ħabbret Martha Fench, il-parteċipanta f’Miss Universe li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta f’din il-kompetizzjoni.

Fenech, f’messaġġ fuq is-sit soċjali Facebook, kitbet messaġġ ta’ ringrazzjament lil dawk kollha li b’xi mod kienu ta’ għajnuna biex din l-avventura setgħet tkun possibbli.

Aqra aktar

Malta lura fil-Miss Universe bi tfajla mill-isbaħ

Wara li Malta ilha nieqsa mill-kompetizzjoni Miss Universe għal ħmistax-il sena, Martha Fenech se tkun l-ambaxxatriċi għall-edizzjoni elfejn u sbatax fil-Filippini. Wara lejl ta’ emozzjoni kbira għal din it-tfajla One News kellu ċ-ċans isir jaf lil fin it-tfajla aħjar, fejn qassmet magħhna l-ambizzjonijiet tagħha għal din il-kompetizzjoni prestiġġjuża.

martha

Aqra aktar

Send this to a friend