Miriam Dalli – Page 7 – One News

Notifiki

Miriam Dalli tmexxi t-taħditiet dwar l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi

 

Aktar minn 60 persuna li jirrappreżentaw l-industriji tal-karozzi, tal-enerġija, tal-manifattura tal-batteriji, tal-fjuwils, NGOs ambjentali, think tanks u organizzazzjonijiet tal-konsumatur ħadu sehem f’diskussjoni organizzata mill-MPE Laburista Miriam Dalli.

Id-diskussjoni, li saret fi Brussell, ġiet organizzata bi tħejjija għal-rapport li qed tipprepara Dr Dalli. Il-MPE Malti ġiet maħtura bħala rapporteur dwar il-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet.

Aqra aktar

Metsola tinkixef f’Xarabank; għamlet emenda biex timmina lil Malta

 

Rapport dwar il-midja fl-Ewropa, li imkien ma kien isemmi lil Malta, saritlu emenda minn Roberta Metsola biex jiddaħħal isem pajjiżna f’dawl ikrah.

Dan kien żvelat waqt dibattitu f’Xarabank bejn Roberta Metsola u Miriam Dalli, bl-MEP tal-Partit Laburista tiżvela din l-emenda bħala prova oħra ta’ kif Metsola qiegħda kontinwament tipprova timmina lil Malta.Aqra aktar

Rappreżentanza ugwali tiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi

In-nisa m’għandhomx bżonn lil xi ħadd biex jagħtihom vuċi imma l-ispazju biex jinstemgħu’, qalet il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista Miriam Dalli.

“Ma għandniex bżonn lil xi ħadd li jagħtina vuċi imma l-ispazju għall-opportunitajiet indaqs biex nuru dak li aħna kapaċi nagħmlu,” qalet Dr Dalli waqt li kienet qed tindirizza seminar għal ġurnalisti organizzati mill-Parlament Ewropew biex jimmarka l-Jum Internazzjonali tal-Mara.

Dalli, l-ewwel mara li nħatret editur tal-aħbarijiet għal stazzjon televiżiv Malti, ħeġġet lill-ġurnalisti u lill-opinjonisti biex jiġġieldu narrativi sesswali: Nisa li jaħdmu flimkien jaħdmu aħjar.

Aqra aktar

Parteċipanti ta’ LEAD b’esperjenzi pożittivi

Fl-aħħar jiem il-parteċipanti ta’ LEAD qasmu l-esperjenzi pożittivi tagħhom bħala nisa li qed jieħdu sehem f’dan il-programm.

Fost oħrajn għamlu dan meta rreaġixxew għall-gideb fil-konfront tal-programm billi fil-midja soċjali kitbu dwar dak li qed jieħdu minn LEAD. Programm li hu l-ewwel tat-tip tiegħu f’pajjiżna.

Kienet il-gazzetta Il-Mument li l-Ħadd li għadda fetħet attakk fuq dan il-programm u l-parteċipanti ma qagħdux lura milli juru s-sabiħ ta’ dak li qed jieħdu sehem fih. Aqra aktar

Liġi dwar karozzi li jaħdmu b’enerġija nadifa

L-ewro-parlamentari Laburista Miriam Dalli ngħatat l-inkarigu biex tmexxi l-Parlament Ewropew fin-negozjati għal-livelli Ewropej dwar emmissjonijiet tal-karozzi lil hinn mill-miri tas-sena elfejn u għoxrin.

Miriam Dalli se tkun qed taħdem bħala rapportuer għal-leġiżlazzjoni ambizzjuża  sabiex jonqsu d-dħaħen tal-karozzi filwaqt li ssir aktar riċerka u innovazzjoni għall-vetturi li jaħdmu b’enerġija aktar nadifa.

L-abbozz ta’ din il-leġislazzjoni huwa mmirat biex jindirizza tliet problemi: in-nuqqas ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku jew li ma jniġġsux ħafna; il-possibiltà li l-konsumaturi mhux qed jiggwadanjaw billi jiffrankaw il-fjuwil; u r-riskju li l-Unjoni Ewropea titlef il-kompetittività minħabba nuqqas ta’ innovazzjoni f’teknoloġija b’emmissjonijiet baxxi.

Dalli spjegat kif din il-liġi se toħloq qafas għall-karozzi u vannijiet żgħar fejn tenniet:

“Jiena nemmen li din hija opportunita’ tieghi li nahdem fuq ligi li tista’ taghmel differenza fis-snin li gejjin ghaliex l-affarijiet ma jistghux jinbidlu mil-lum ghal ghada imma jirrikjedu tul ta’ snin, pero tista’ taghmel differenza fil-hajja tac-cittadini taghna u b’mod importanti fil-hajja, mhux tat-tfal tieghi biss ta, imma tat-tfal kollha, li nippruvaw nhallulhom dinja aktar nadifa, dinja fejn ikollhom kwalita’ ta’ hajja ahjar u dinja fejn is-sahha taghhom ma tkunx mhedda minhabba t-tniggis tal-karozzi u l-vannijiet.”

Aqra aktar

Miriam Dalli tmexxi leġiżlazzjoni għal karozzi li jaħdmu b’enerġija aktar nadifa

Miriam Dalli se tkun qed taħdem għal-leġiżlazzjoni ambizzjuża  sabiex jonqsu l-emmissjonijiet tal-karozzi filwaqt li nħeġġu aktar riċerka u innovazzjoni għall-vetturi li jaħdmu b’enerġija aktar nadifa.

Il-MPE Miriam Dalli se tkun qed tmexxi l-Parlament Ewropew fin-negozjati għal standards Ewropej dwar emmissjonijiet tal-karozzi lil hinn mill-2020. Din hija waħda mill-aktar leġiżlazzjoni importanti li tista’ tnaqqas l-emmissjonijiet madwar l-Unjoni Ewropea b’mod effettiv.

Aqra aktar

Miriam Dalli fi programm politiku fl-istati Uniti

Il-programm immirat għall-politiċi ewropej International Visitor Leadership Programme  li jiffoka fuq kwistjonijiet soċjali, politiċi u ekonomiċi fl-Amerka iħares lejn diversi oqsma li taħdem fuqhom Miriam Dalli, li hija waħda mis-16-il parteċipant li qed isegwuh. Fih hemm ukoll Ministru u membru tas-Senat kif ukoll MP’s oħra.

Il-partecipanti jintażgħlu mill-ambaxxati tal-Istati Uniti sabiex jiltaqgħu u jiddiskutu ma’ politiċi oħra bħalhom.

Aqra aktar

“L-innovazzjoni tista’ tgħin it-tranżizzjoni lejn vetturi li ma jniġġżux” – MEP Miriam Dalli

“Bidla irriversibbli għal mobilità b’emissjonijiet baxxi hija t-triq ‘il quddiem għas-snin li ġejjin. Dan jista’ jwassal għal arja aktar nadifa għaċ-ċittadini u biex fl-ekonomiji jkun hemm investiment fl-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp għall-ekonomiji,” qalet il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista.

Aqra aktar

Send this to a friend