Miriam Dalli – Page 6 – One News

Notifiki

“Flessibiltà fil-leave għal dawk li jsiru ġenituri tissarraf f’aktar għajnuna lill-familji”

“Hemm bżonn nibdew diskussjoni dwar il-possibiltà li jidħol il-kunċett ta’ family leavewara t-twelid ta’ tarbija, li jista’ jintuża mill-ġenituri skont il-ħtiġijiet tal-familja.” Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli qalet dan meta kienet qed tindirizza attività fir-Rialto Bormla.

“F’dinja dejjem tinbidel, il-ħtiġijiet tal-familja qed jinbidlu wkoll u jeżistu ċirkostanzi fejn l-omm jew ikolha bżonn jew tkun trid tidħol taħdem qabel ma jgħaddi l-maternity leavekollhu. Min-naħa l-oħra, bis-sistema preżenti, il-missier għandu biss ftit ġranet ta’ leavewara t-twelid ta’ tarbija qabel ma jkollu jirritorna għax-xogħol”, żiedet tgħid Dr Dalli.Aqra aktar

“Aktar ġonna u żoni ħodor joffru kwalità ta’ ħajja aħjar” – Miriam Dalli

“F’pajjiż żgħir bħal Malta rridu niżviluppaw aktar spazji ħodor li joffru spazju lill-familji, tfal u anzjani biex jistrieħu u nkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.” Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli qalet dan meta kienet qed tindirizza attività f’Birżebbuġa.

Dawn l-ispazji ħodor għandhom rwol importanti fis-saħħa tal-gżejjer u taċ-ċittadini tagħna, għax minbarra li jsebbħu l-ambjent ikunu wkoll qed joffru aktar spazji li jistgħu jtejjbu l-kwalità tal-arja tagħna.Aqra aktar

Filmat: Miriam Dalli b’appell biex tittieħed responsabbiltà kollettiva mill-Istati Membri kollha

Il-kwistjoni tal-immigrazzjoni reġgħet kienet fuq nett tal-aġenda tal-Parlament Ewropew b’dibattitu jaħraq waqt is-Sessjoni plenarja fi Strasburgu.

Dibattitu li tratta l-Emerġenzi Umanitarji fil-Mediterran u s-Solidarjetà fl-Unjoni Ewropea.

Fl-interventi tagħhom l-Ewroparlamentari għarfu li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali hija problema kollettiva u għalhekk din il-problema għandha tiġi inirizzata immedjatament qabel mal-baħar mediterran jispiċċa jinbidel f’ċimiterju. Aqra aktar

ARA: Jeħtieġ policies aktar b’saħħithom sabiex nindirizzaw il-fastidju fuq il-post tax-xogħol – Miriam Dalli

“Irridu mmorru pass oltre minn liġijiet u infurzar b’saħħtu u jkollna policies effettivi u taħriġ anke fil-post tax-xogħol biex l-impjegati jkollhom biżżejjed għarfien dwar kif jindirizzaw każijiet ta’ fastidju fuq il-post tax-xogħol. Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli qalet dan waqt li ndirizzat konferenza li ġiet organizzata minnha flimkien mal-General Worker’s Union (GWU) bil-għan li tressaq flimkien policymakers, esperti u ħaddiema sabiex il-GWU tfassal policy fuq kif jista’ jiġi indirizzat il-fastidju fuq il-post tax-xogħol.

Aqra aktar

Miriam Dalli tisħaq fuq ir-riċerka għall-innovazzjoni

Waqt żjara f’kumpanija f’Malta li timmanifattura l-aċċessorji għall-batteriji tal-karozzi fost l-oħrajn, l-ewro-parlamentari Laburista Miriam Dalli saħqet fuq il-bżonn tar-riċerka biex inkomplu niżviluppaw dan il-qasam.

Miriam Dalli faħħret lill-kumpanija Abertax li qed tagħmel isem pajjiżna fuq quddiem nett ta’ industrija li normalment ma nidentifikawx lil pajjiżna magħha.

Aqra aktar

Send this to a friend