Miriam Dalli – Page 5 – One News

Notifiki

“Il-viżjoni li niggwidaw lill-istudenti lejn karrieri li jrendu”- MEP Miriam Dalli

Fl-istess ħin li pajjiżna qed jinvesti biex jattira niċeċ ekonomiċi ġodda, irridu naħdmu biex naċċertaw ruħna li jkollna ħaddiema Maltin li jkollhom karrieri li jrendu f’dawn l-oqsma. Meta kienet qed tindirizza laqgħa f’Birkirkara, il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli tkellmet dwar il-bżonn li l-istudenti li llum qegħdin fl-ewwel snin tagħhom tas-Sekondarja jkunu ggwidati biex jitħarrġu f’karrieri li fuqhom se tkun mibnija l-ekonomija Maltija. Fost dawn hemm il-Blockchain, distributed ledger technology, l-intelliġenza artifiċjali u teknoloġiji ġodda fost l-oħrajn. Aqra aktar

Jibdew in-negozjati bejn l-Istati Membri tal-U.E. u Miriam Dalli dwar tnaqqis fit-tniġġis mill-karozzi

L-Ewroparlamentari Miriam Dalli qed tmexxi l-Parliament Ewropew fl-ewwel taħditiet mal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew. Dan inqas minn 24 siegħa wara li l-Ministri Ewropej tal-Ambjent adottaw l-pożizzjoni dwar it-tnaqqis tat-tniggis mill-karozzi, ingħata bidu għat-taħditiet bejn it-tliet istituzzjonijiet, fil-proċess magħruf bħalha ‘trilogue’.Aqra aktar

Il-Parlament Ewropew jivvota favur il-liġi ta’ Miriam Dalli dwar tnaqqis fl-emmissjonijiet tas-CO2

Il-Parlament Ewropew illum ivvota b’maġġoranza b’saħħitha għal proposta leġislattiva tal-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli.

“Dak li għamilna llum huwa bidu – bidu ta’ bażi li jwassalna għan-negozjati mal-istituzzjonijiet u flimkien nistgħu naslu biex intejbu l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex nagħtu pożizzjoni pożittiva,” saħqet Miriam Dalli.

Il-proposta tippreżenta miri ambizzjużi imma realistiċi dwar it-tnaqqis mill-emissjonijiet CO2 mill-karozzi. Proposti, li issa jridu jiġu negozjati mal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew, li huma bbażati fuq interessi ambjentali, tal-ħaddiema, tal-industrija u l-konsumaturi.Aqra aktar

Għandu jiddaħħal indiċi li jikkalkula kemm titħallas kera skond id-dħul tal-persuna- l-MEP Miriam Dalli

Persuni li għandhom dħul baxx u paga medja għandhom iħallsu mhux aktar minn persentaġġ stabbilit tad-dħul tagħhom f’kera. Dan jista’ jsir permezz ta’ indiċi li jqabbel il-kirjiet mad-dħul tal-familji. Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli proponiet dan waqt li indirizzat attività fl-Orpheum fil-Gżira.

Aqra aktar

“Saħħet in-nies qabel kull interess ieħor”

Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-bżonn ta’ kwalità ta’ arja aħjar, il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda f’setturi innovattivi u aktar vantaġġi għall-konsumaturi huma fost il-pilastri tal-ligi tal-Ewroparlamentari Miriam Dalli li għandha l-għan tnaqqas it-tniġġis minn karozzi ġodda.

F’intervista esklussiva mal-gazzetta Kullħadd, u lejlet il-vot fil-Kumitat tal-Ambjent tal-Parlament Ewropew tkellimna ma’ Dr Miriam Dalli dwar il-vot t’għada u l-isfidi li hemm.Aqra aktar

Miriam Dalli f’diskussjonijiet ma’ Acronis Foundation biex jitfassal programm li jindirizza n-nuqqas ta’ tfajliet fl-IT

Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli bdiet diskussjonijiet mal-Fondazzjoni Acronis biex jitfassal program ta’ taħriġ fl-IT u Artificial Intelligencespeċifikament għal bniet u tfajliet. 

Waqt żjara li għamlet fl-uffiċini tal-kumpanija Parallels f’Tas-Sliema, Dr Dalli qalet kif f’dawn l-aħħar snin is-settur tat-teknoloġija kompla jikber b’mod sostanjzali f’pajjiżna, u dan mistenni jkompli jikberaktar bit-tfassil ta’ qafas legali għas-settur tal-blockchain, li qed ipoġġi lil pajjiżna fuq quddiem nett f’din in-niċċa ekonomika ġdida.

Madanakollu, ftit humat-tfajliet u nisa li jħarsu lejn is-settur tat-teknoloġija bħala l-qasam li fih jistgħu jibnu l-karriera tagħhom, spjegat Miriam Dalli.

Statistika ricenti maħruġa mill-Università ta’ Malta turi kif,għas-sena akkademika 2017-2018,minn 378 student,fil-fakulta tal-Informazzjoni u t-Tekonoloġija,70 biss huma tfajliet. 

“Permezz ta’ programmi ta’ taħriġ immirati speċifikament lejn tfajliet u bniet sa minn eta żgħira inkunu qed inneħħu l-perċezzjoni li dan huwa aktar settur tal-irġiel filwaqt li naċċertaw ruħna li dan is-settur joffri opportunitajiet lil kulħadd,” spjegat Dalli.

Dr Miriam Dalli qalet, li dan il-proġett flimkien mat-tagħlim tal-coding fl-iskejjel tagħna, hekk kif imwiegħed minn Gvern Laburista, jista’ jgħinbiex aktar tfajliet u bniet iħarsu lejn l-industrija tat-teknoloġija bħala karriera futura tagħhom.

John Zanni, il-President tal-kumpanija Acronis u l-Fondazzjoni Acronis spjega kif dan il-proġett ta’ taħriġ fit-teknoloġija lil bniet u tfajliet  jista’ jkun parti mill-ħidma tal-Fondazzjoni biex tifrex it-tagħlim f’dan is-settur. Dan il-proġett f’Malta jista’ jikkumplimenta proġetti oħra ta’ riċerka u ta’taħriġ li diġa qed tagħmelAcronis Foundation f’Singapore fejn għandhom programmi ta’ taħriġ għal gruppi differenti.

Send this to a friend