Miriam Dalli – Page 4 – One News

Notifiki

Lejn inqas emmissjonijiet mill-vetturi sal-2030

F’Diċembru li għadda, il-Membru Parlamentari Laburista Miriam Dalli mexxiet negozjati mal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar liġi biex karozzi ġodda jaħdmu b’teknoloġija nadifa u jintlaħqu l-miri stabbiliti fit-tnaqqis tal-emissjonijiet CO2 sal-2030.

F’diskussjoni li saret il-Ġimgħa, Dalli spjegat kif l-arja aktar nadifa għaċ-ċittadini li tissarraf fi kwalità ta’ saħħa aħjar, prezzijiet orħos għall-karozzi li jaħdmu b’teknoloġija nadifa u li jonqsu l-effetti ħżiena tat-tibdil fil-klima huma t-tlett punti importanti li fuqhom hija bbażata din il-liġi.Aqra aktar

Kisba b’saħħitha għal Miriam Dalli dwar it-tnaqqis fl-emmissjonijiet minn karozzi ġodda

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew waslu għal ftehim biex jonqsu l-emissjonijiet mill-karozzi u vannijiet żgħar u ġodda sas-sena 2030. Il-ftehim kien possibbli permezz tal-pożizzjoni determinata tal-Membru Parlamentari Ewropea Miriam Dalli li bħala negozjatur żgurat li sal-2030, l-emissjonijiet mill-karozzi ġodda jonqsu b’37.5%. Aqra aktar

‘Politico’ tagħti titlu lil Miriam Dalli bħala politiku li twettaq

The Eco-Warrior, u politiku li twettaq, dawn it-titlu u l-klassifikazzjoni mogħtija lill-Membru Parlamentari Ewropew Maltija Miriam Dalli mis-sit awtorevoli Politico.

Fil-fatt Dalli tinsab f’lista ta’ 28 persuna: “doers, dreamers and disruptors” – nies li b’ħidmiethom mistennija jinfluwenzaw l-Ewropa tul is-sena d-dieħla. U filwaqt li hija l-uniku membru parlamentari ewropew fil-lista, hija wkoll l-ewwel politiku Malti li ngħatat dan ir-rikonoxximent, fejn ġiet ikklassifikata bħala ‘doer’ jew aħjar persuna li twettaq.Aqra aktar

L-għaqda bejnietna hija l-aktar għodda b’saħħitha – L-MEP Miriam Dalli

L-isbaħ ħaġa tal-Partit Laburista hija l-għaqda li teżisti wara l-Prim Ministru u l-Mejjex tal-Partit Laburista Joseph Muscat. Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli qalet dan matul attività organizzata l-Ġimgħa filgħaxija.

B’referenza għall-elezzjonjiet tal-Parlament Ewropew fl-2019, Dr Dalli qalet li sitt xhur biss il-bogħod mill-ġurnata tal-elezzjoni jidher ċar li din se tkun kampanja ta’ tim b’saħħtu u maqgħud.Aqra aktar

Miriam Dalli tippreżenta ħames prijoritajiet fil-qasam tal-migrazzjoni  

 

Il-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabiltà huma fost il-prijoritajiet tal-Ewroparlamentari Maltija Miriam Dalli, biex l-Unjoni Ewropeja tasal għal sitwazzjoni fejn tkun qed twettaq dak li twiegħed hemm bżonn ta’ miri u miżuri ċari fir-regolamenti li jistabilixxu l-fondi li jitħaddmu madwar l-iStati Membri kollha.

L-MEP Maltija Miriam Dalli qalet dan matul il-preżentazzjoni tar-rapport tagħha dwar liġi li tirregola l-użu ta’ aktar minn €10 biljun dwar l-Migrazzjoni u l-Ażil.Aqra aktar

Il-pazjent għandu dritt ikun infurmat dwar terapiji li jeżistu– L-MEP Miriam Dalli

“Il-pazjent irid ikun infurmat bl-għażla ta’ kura li għandu quddiemu. Huwa dritt bażiku li l-pazjent ikollu l-għarfien u aċċess għal terapiji u mediċini alternattivi,” il-Membru Parlamentari Ewropew Dr Miriam Dalli qale dan meta indirizzat il-ftuħ tal-Forum Dinji tal-Kannabis Medicinali 2018, li sar għall-ewwel darba f’pajjiżna.

Dr Dalli spjegat kif fil-Kumitat tal-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sigurtàtal-ikel fil-Parlament Ewropew, tressqet riżoluzzjoni dwar l-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali. Aqra aktar

Send this to a friend