Miriam Dalli – Page 12 – One News

Notifiki

Isma’ l-kummenti tal-Ewroparlamentari Laburisti

Il-mod kif fil-Parlament Ewropew il-Partit Nazzjonalista ġab l-interessi tiegħu qabel dawk tal-pajjiż kien ikkundannat mid-delegazzjoni  Laburista fil-Parlament Ewropew.

Il-Kap tad-Delegazzjoni, Alfred Sant, fisser kif fl-ebda mument ma’ kien hemm dubju dwar l-integrita ta’ Leo Brincat. Minn naħa tagħha l-Ewro Parlamentari Miriam Dalli sotniet li l-atteġjament tal-Partit Nazzjonalista qiegħed jikxef il-maskla ta’ Simon Busuttil u l-kilba tiegħu għall-poter.

Aqra aktar

“Aktar nisa u tfal għandhom ikunu involuti fl-ICT”

“Hemm bżonn li naraw aktar nisa u tfajliet involuti fil-qasam tal-ICT” – kliem il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli fi żjara li għamlet fil-binja tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni.

Dalli qalet li fid-dinja tal-lum, l-inugwaljanzi fl-aċċess għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) huma tkomplija tal-inguwaljanzi ekonomiċi u soċjali.

Għalhekk hemm bżinn impenn biex  iżjed persuni jkunu nklużi fil-fora diġitali, sew fuq livell Ewropew imma wisq iktar f’Malta.

Aqra aktar

L-MEP Miriam Dalli żżur l-Enemalta

Wara t-tranżizzjoni lejn produzzjoni ta’ enerġija aktar nadifa, l-Enemalta tista’ tgħin biex il-pajjiż jimxi aktar lejn sistema ta’ trasport bl-elettriku. Qalet dan il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli matul żjara li għamlet fil-kumpanija Enemalta plc.

Matul din iż-żjara kkummentat b’mod pożittiv ħafna dwar il-mod kif l-Enemalta qiegħed jirnexxilha tbiddel ir-rotta biex tkun aktar sostenibbli sew finanzjarjament u ambjentalment.

Aqra aktar

Malta se tingħaqad ma’ pjattaforma ta’ allert biex jiġu salvati t-tfal

 

Kull sena fl-UE jiġu rrappurtati neqsin 250,000 tifel u tifla. F’76% tal-każijiet ta’ tfal li jinħatfu u jinqatlu, il-qtil iseħħ f’temp ta’ tliet sigħat minn mindu jsir il-ħtif.

Fl-ewwel nofs tal-2017 Malta se tibda tuża s-sistema AMBER Alert li se tippermetti lill-Pulizija tagħmel użu minn arranġament strutturat u effiċjenti biex tgħarraf  lill-pubbliku meta jkun hemm il-biża’ li tfal maħtufin jew neqsin ikunu f’periklu imminenti. B’hekk, in-nies se tkun f’pożizzjoni aħjar biex tgħin lill-Pulizija sabiex tfal neqsin li jkunu f’riskju serju u imminenti jinstabu malajr kemm jista’ jkun.

Aqra aktar

Aktar investiment fl-innovazzjoni jista’ jagħti spinta lil Għawdex

“Investiment akbar fl-innovazzjoni jista’ jgħin lil Għawdex jegħleb iċ-ċirkostanzi speċifiċi li jiffaċċjaw kawża tal-insularita doppja.” Sostniet dan il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli waqt żjara li għamlet f’Għawdex fejn iltaqgħet ma’ rappreżentanti ta’ imprendituri li għandhom pjanijiet biex fix-Xewkija Għawdex jiġi żviluppat kumpless b’investiment ta’ madwar €12-il miljun. Dan l-investiment mistenni jattira niċċa ġdida ta’ turiżmu magħruf bħala turiżmu gastromiku u għandu jkun ta’ għajnuna għar-raħħala u bdiewa li jridu jibqgħu kompetittivi fid-dinja agrikola.

Aqra aktar

Fuq l-Amazon sabet suq li żammha għaddejja

Mhux faċli ssib ruħek f’sitwazzjoni fejn l-ewwel wild għandu l-awtiżmu. Wisq inqas meta tiskopri li ż-żewġ ulied ta’ wara, tewmin, għandhom l-istess kundizzjoni. Iżda l-omm li ltqajna magħha tinsab determinata, biex flimkien ma’ żewġha u ta’ madwarha joffru l-aqwa trobbija lit-tfal tagħha.

Aqra aktar

Miriam Dalli f’appell dwar kimiċi perikolużi

Il-Membru Ewro Parlamentari Maltija Miriam Dalli għamlet appell lill-Kummissjoni Ewropea biex tħares l-obbligi legali tagħha u tidentifika u tneħħi mis-suq kimiċi li jagħmlu l-ħsara u li huma endocrine disruptors.

Dawn huma kimiċi kapaċi jaffettwaw l-ormoni tan-nies u jistgħu jwasslu għal tumuri, difetti fi trabi u jistgħu anke jaffettwaw is-sistemi riproduttivi tal-bnedmin.

Aqra aktar

Joe Saliba jitlef libell kontra Miriam Dalli u Alfred Sant

L-eks Segretaru Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Joe Saliba, ma rnexxilux iġibha żewġ f’kawża ta’ libell li kien fetaħ kontra l-ekseditur ta’ ONE, Miriam Dalli u l-eksMexxej tal-Partit Laburista, Alfred Sant.

Joe Saliba ħassu malafamat b’rapporti marbuta maż-żmien li kien żvelat kif kien imur fuq il-jott man-negozjant Żaren Vassallo. F’kawża li matulha xehed li ilu ħabib ta’ Żaren Vassallo bosta snin, fl-istess ħin li kellu jammetti li hu kien fuq il-bord ta’ aġudikazzjoni għal min kellu jibni d-Dar Ċentrali u Żaren Vassallo kien wieħed minn dawk magħżula. Għal rapportaġġ dwar dan ħarrek lil Dalli, filwaqt li lil Sant ħarku għaliex il-Partit Laburista kien ħareġ stqarrija fuq is-suġġett.

Aqra aktar

Wild ieħor għal Miriam Dalli

Nistgħu nikkonfermaw li Miriam Dalli kellha tarbija l-bieraħ filgħaxija.

Kane Vella  twieled Brussell u kemm iċ-ċkejken kif ukoll il-Membru Ewro Parlamentari Maltija jinsabu tajbin. Dan huwa it-tieni iben ta’ Miriam Dalli, li diġa’ hija omm ta’ tifel ieħor bl-isem ta’ Jack, li għandu sentejn u disa’ xhur u li jidher fir-ritratt ta’ fuq.

Nawguraw mill-qalb lil Miriam Dalli u l-familja tagħha!

Screen Shot 2016-05-09 at 17.19.50

 

Send this to a friend