Ministru – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: 3 siti ġodda jingħaqdu mal-lista ta’ Natura 2000

Fil-jum internazzjonali għall-Ambjent tħabbar li tliet żoni ġodda ser ikunu qed jingħataw iktar protezzjoni billi jiffurmaw parti min-network tal-Unjoni Ewropea Natura elfejn.

Is-siti ġodda li ser ikunu qed jiżdiedu mal-lista huma Tal-Wej, limiti tal-Mosta, Ħas-Saptan, limiti ta’ Birżebbuġa, u Wied il-Mielaħ li jinsab fil-limiti tal-Għarb, Għawdex.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Żewġ flyovers ġodda għall-Imsida

Żewġ flyovers ġodda se jkunu introdotti minflok it-traffic lights junction fl-Imsida li tgħaqqad il-Marina, Triq il-Wied tal-Imsida u Triq Mikiel Anton Vassallo. Dan il-proġett bl-isem ‘The Msida Creek Project’   se jkun qed joħloq iżjed spazju miftuħ u ta’ rikreazzjoni  viċin il-Monument tal-Ħaddiema u 100 spazju ta’ parkeġġ ġdid.

Aqra aktar

Il-Ministru Joe Mizzi jsejjaħ laqgħa mal-GRTU dwar il-kwistjoni tal-pompi

Minn ftit tas-sigħat ilu, il-pompi tal-fjuwil jinsabu magħluqa għall-konsumatur wara li daħlet fis-seħħ azzjoni industrijali tal-GRTU. Fl-aħħar sigħat, il-Ministru Joe Mizzi għal darb’oħra sejjaħ laqgħa mal-GRTU biex tkun diskussa l-kwistjoni tal-pompi tal-fjuwil.

Il-Ministru tenna li l-Gvern lest ikompli d-diskussjonijiet, bit-tama li jintlaħaq ftehim li ma jkunx ta’ detriment fuq il-konsumatur jew in-negozji. Il-laqgħa mistennija ssir is-Sibt li ġej, minkejja li l-GRTU m’aċċettatx iż-żieda li offra l-Gvern.

Kien fl-2011 li l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi kienet tat żieda fil-qligħ mill-fjuwil lill-pompi speċifikament bil-kundizzjoni li dawn ikopru l-investimenti strutturali li għandu jsir sal-elfejn u għoxrin iżda għalkemm is-sidien kollha tal-pompi tal-fjuwil kellhom l-obbligu li jagħmlu dan, il-maġġoranza tagħhom m’għamlux dan l-investiment.

Minn dan iż-żmien s’issa żdiedu wkoll l-ammont ta’ karozzi fil-pajjiż, u għaldaqstant żdied ukoll il-konsum tal-fjuwil. Iż-żidiet wasslu wkoll għal qligħ akbar lis-sidien tal-pompli tal-fjuwil.

Send this to a friend