Ministru Owen Bonnici – One News

Notifiki

L-MCAST b’kollaborazzjoni ta’ 3 snin mal-Assoċjazzjoni tal-Importaturi tas-Sistema tal-Arja kkundizzjonata

L-MCAST ħabbret kollaborazzjoni ta’ 3 snin mal-Assoċjazzjoni tal-Importaturi tas-sistemi tal-Arja kkundizzjonata għall-iżvilupp ta’ persuni kwalifikati u tekniċi fis-settur.Aqra aktar

Il-Ministru Owen Bonnici fost personalitajiet minn pajjiżi tal-Commonwealth biex jiddeskrivu x-xogħol li sar b’rabta mal-pandemija COVID-19

Is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, il-Baronessa Patricia Scotland innominat lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici għal sfida li nediet hi stess biex personalitajiet mill-pajjiżi tal-Commonwealth jiddeskrivu x-xogħol li qed isir fil-pajjiż biex tkun miġġielda l-pandemija COVID-19. Aqra aktar

Diskussjonijiet sabiex it-tagħlim isir online

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici ħabbar li wara laqgħat li kellu mal-istakeholders ewlenin tas-settur edukattiv li jinkludu: l-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti, kif wkoll l-union tal-għalliema (MUT) sar qbil li: minn nhar it-Tnejn li ġej l-iskejjel primarji kollha jużaw il-paġna www.curriculum.gov.mt fejn fiha se jittella’ l-materjal edukattiv kollu u r-riżorsi għall-kull sena tal-iskola Primarja. Aqra aktar

Itellgħet Fun Run fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Santa Tereża fl-Imrieħel b’risq diversi għaqdiet

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici żar l-iskola sekondarja tal-kulleġġ ta’ Santa Tereża fl-Imrieħel, fejn ġiet organizzata funrun b’risq diversi għaqdiet, fosthom għal Dar Bjorn, KARIBU Malta, Fondazzjoni Suret il-Bniedem, CSAF, li jgħinu lill-annimali abbandunati, kif ukoll il-fond tal-istess kulleġġ. Il-Ministru Owen Bonnici faħħar lill-edukaturi u l-istudenti kollha ta’ din l-attività. Aqra aktar

Kull tifel u tifla għandhom dritt għall-edukazzjoni – Il-Ministru Owen Bonnici

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici żar iċ-Ċentru ta’ Riżorsi għall-Edukazzjoni ta’ Żgħażagħ, fil-Wardija.

Dan iċ-ċentru ta’ riżorsi jilqa’ studenti ta’ 16-il sena bi bżonnijiet edukattivi individwali u li lestew l-edukazzjoni sekondarja. L-iskola sservi ta’ mod kif tipprovdi lill-istudenti bl-għodda neċessarja biex jimirħu fl-edukazzjoni tagħhom, isaħħu l-ħiliet ta’ żvilupp u tippreparahom għal xogħol u għal ħajja aħjar. Aqra aktar

Send this to a friend