Flok apoloġizzaw li ħallew lis-South abbandunat, l-Oppożizzjoni ħarġet b’fake news dwar l-akbar proġett infrastrutturali li qatt sar f’Malta

Aktar minn 451,000 vettura ffrankaw li jeħlu fit-traffic lights tal-Addolorata billi għaddew minn fuq il-flyovers ġodda tal-Marsa Junction Project minn meta nfetħu f’Settembru. Dawk li jivvjaġġaw f’din ir-rotta ta’ kuljum iffrankaw bejniethom 11,275 siegħa fit-traffiku.

Aqra aktar

Prijorità lis-sigurtà fit-toroq

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg fetaħ is-seminar bl-isem ‘Road Safety, everyone’s commitment’ organizzat mill-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq u Transport Malta. Aqra aktar

Uffiċċju ġdid għar-reġistru marittimu ta’ Malta fil-Greċja

Waqt żjara fil-Greċja, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg inawgura uffiċċju marittimu għal Malta li ġie stabbilit fil-bini tal-Ambaxxata Maltija fil-Greċja. Għal din l-okkażjoni kien hemm preżenti l-Ambaxxatur ta’ Malta fil-Greċja, is-Sur Joseph Cuschieri, iċ-Chairman ta’ Transport Malta s-Sur Joseph Bugeja, uffiċjali għolja ta’ Transport Malta u rappreżentanti mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ. Aqra aktar

Aktar tisħiħ fil-konnessjonijiet tal-ajru bejn Malta u diversi pajjiżi oħra

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qiegħed fuq żjara uffiċjali f’Montreal, fejn ipparteċipa fl-Assemblea tal-Għaqda Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO), aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti speċjalizzata fuq l-avjazzjoni. Din l-assemblea ssir kull tliet snin fejn fiha jiltaqgħu l-istati membri kollha ta’ madwar id-dinja biex jiddiskutu diversi temi tekniċi, ekonomiċi, u legali filwaqt li jiġu eletti wkoll il-membri l-ġodda tal-kunsill. Aqra aktar

Malta se terġa’ tieħu sehem fil-ġimgħa Ewropea għall-Mobilità


Numru ta’ Kunsilli Lokali ngħataw fondi minn Transport Malta sabiex jimplimentaw miżuri fil-ġimgħa Ewropea għall-Mobbiltà. Il-fondi ġew imqassma mill-Ministru għat-Trasport Ian Borg fejn spjega li għal sena oħra l-Gvern iddeċieda li jipparteċipa f’dawn l-attivitajiet bil-għan li s-settur tat-trasport isir aktar sostenibbli. Aqra aktar

Il-Ministru Ian Borg iżur ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li qed isiru fuq il-pont bejn Ħal Qormi u l-Marsa

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg żar ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li għaddejjin fuq il-pont bejn Ħal Qormi u l-Marsa lbieraħ filgħaxija, fejn Infrastructure Malta qed jibdlu l-wiċċ tal-pont biex jintroduċu protezzjoni adekwata ta’ waterproofing u saffi ġodda ta’ asfalt bħala parti minn proġett għat-titjib tal-istruttura arterjali.

Aqra aktar

Send this to a friend