Il-Ministru Ian Borg qed jattendi l-‘Global Investment in Aviation Summit’

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg jinsab fuq żjara uffiċjali f’Dubai fejn qed jattendi l-Global Investment in Aviation Summit. Din l-attività tlaqqa’ diversi stakeholders, operaturi u mexxejja fis-settur tal-avjazzjoni bl-interess li tinħoloq diskussjoni dwar l-istat preżenti u dak futur ta’ din l-industrija u favur aktar investiment. Aqra aktar

Lest il-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Ferrovija l-Qadima

“Dalwaqt se nkunu qed nagħlqu sena minn meta tellaqna l-proġett tat-toroq residenzjali, proġett bla preċedent u wegħda li nwettqu rivoluzzjoni fl-infrastruttura tat-toroq ta’ pajjiżna. Din il-wegħda qed inwassluha mit-toroq rurali sat-toroq residenzjali sat-toroq arterjali ta’ pajjiżna,” qal il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg waqt li kien qiegħed iżur Triq il-Ferrovija l-Qadima, li hija waħda mill-itwal toroq residenzjali li qiegħda tibni mill-ġdid Infrastruttura Malta. Aqra aktar

Send this to a friend