Se jsir proġett ta’ riġenerazzjoni fix-xatt tal-Kalkara b’investiment ta’ €6 miljun

Il-Gvern flimkien mal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, ħabbar proġett infrastrutturali massiċċ b’investiment ta’ €6 miljun li se jkun qed jagħti ħajja ġdida lix-xatt tal-Kalkara.Aqra aktar

Il-PM jinawgura l-proġett tal-Marsa Junction – l-akbar proġett infrastrutturali ta’ pajjiżna 

L-akbar proġett infrastrutturali tal-pajjiż infetaħ uffiċjalment mill-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministru għall-Infrastruttura u t-Trasport Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.Aqra aktar

Mill-bidu ta’ Ġunju l-operaturi tat-trasport tal-baħar se jkunu jistgħu jipprovdu s-servizz tal-fast ferry

Minn l-ewwel ta’ Ġunju li ġej mistenni jibda jopera is-servizz tal-Fast Ferry mill-Belt sal-Imġarr Għawdex fejn wieħed ħa jkun jista’ jasal minn post għal ieħor f’inqas minn tliet kwarti.Aqra aktar

Jitlaqqa’ għall-ewwel darba l-bord tal-Fondazzjoni għat-Trasport  

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg indirizza l-ewwel laqgħa tal-bord tal-Fondazzjoni għat-Trasport fejn ġew diskussi pjani prospettivi għas-settur tat-trasport.

Il-Ministru Ian Borg awgura lil kull wieħed u waħda mill-membri ta’ din il-fondazzjoni u wassal messaġġ favur proattività u għaqda sabiex jitwassal is-suċċess mistħoqq fis-settur tat-trasport.

Hu stqarr li t-trasport kien u jibqa’ pilastru ewlieni għall-ekonomija Maltija. Minkejja l-isfidi li ġabet magħha il-pandemija, kien dan is-settur, fost oħrajn, li għen sabiex l-ekonomija ta’ pajjiżna setgħet tkompli ddur u biex pajjiżna seta’ jibqa’ għaddej b’mod normali.

Il-Ministru Borg tenna li dawn il-laqgħat se jkunu essenzjali sabiex noffru l-vijabilità, is-sostenibbilità u s-sigurtà lis-settur tat-trasport.

Huwa saħaq li din il-fondazzjoni se tkun strumentali sabiex nibdew nibnu dak is-sens ta’ intermodalità fil-poplu. Il-Ministru Borg qal għal dan il-Gvern, hija prijorità li jwettaq il-viżjoni tiegħu f’dak li hu trasport kemm fuq bażi ta’ objettivi skedati għal 2030 kif ukoll l-istrateġiji tal-2050 għall-adozzjoni ta’ modi ta’ trasport aktar ekoloġiċi u nodfa.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, intqal li din il-fondazzjoni se tkun qed ittejjeb il-ħiliet tal-impjegati attwali u futuri ta’ dan is-settur, se tkun qiegħda gradwalment, iżda b’mod kostanti u tibni portafoll ta’ inizjattivi li jirriflettu l-impatt ta’ teknoloġiji ġodda fit-trasport u se tkun qed taħdem ma’ diversi partijiet interessati sabiex tkun sors importanti li twassal l-informazzjoni lill-pubbliku ġenerali dwar teknoloġiji ġodda.

Permezz ta’ din il-fondazzjoni se jkunu qed jiġu diskussi u indirizzati l-aspetti kollha tas-settur tat-trasport fosthom ukoll suġġetti bħall-għajnuna meħtieġa lin-nies bi sfidi ta’ mobbiltà sabiex jkollhom esperjenza aktar faċli u bla xkiel.

Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ din il-fondazzjoni huwa li tingħaqad ma’ msieħbda internazzjonali, bil-għan li tinbena relazzjoni b’saħħitha u jinħoloq netwerk dinamiku fejn jiġu pprattikati r-riċerka u l-innovazzjoni li jwasslu għar-riżultati pożittivi u titjib fis-settur tat-trasport.

Imħabbra regolamenti ġodda rigward il-kiri ta’ vetturi

Il-Ministru għat-trasport Ian Borg flimkien mat-Transport Malta ħabbru regolamenti ġodda fil-qasam tal-kiri ta’ vetturi, kif ukoll għall-vetturi żgħar. Apparti li jtaffu l-impatt negattiv fuq l-ambjent, dawn il-miżuri mistennija jżidu s-serjetà tal-operaturi stabbiliti, kif ukoll jagħtu l-għajnuna lil dawk l-operaturi żgħar.Aqra aktar

Send this to a friend