Ministru Għal-Ġustizzja u l-Ugwaljanza – One News

Notifiki

F’pajjiżna tirrenja d-demokrazija – il-Ministru Zammit Lewis wara li għaddew sitt liġijiet favur is-saltna tad-dritt

Il-Ministru tal-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis spjega kif dawn huma l-akbar riformi li saru mindu ġiet dikjarata l-kostituzzjoni tar-Repubblika u sejjaħ dan bħala jum storiku għall-pajjiżna.

Fil-fatt, stqarrija mill-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza stqarret kif dan kollu se jwassal biex pajjiżna jikseb kredibilità kbira f’fora Ewropej u internazzjonali bħala nazzjon.

Malta hija nazzjon fejn tirrenja d-demokrazija effettiva u fejn hemm rispett sħiħ lejn is-saltna tad-dritt, u l-governanza t-tajba f’pajjiżna.Aqra aktar

Imħabbra liġi ġdida dwar il-koabitazzjoni

Fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern se jkun qiegħed jintroduċi abbozz ta’ liġi ġdid dwar il-koabitazzjoni.

Żvela dan il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis f’laqgħa mal-Kunsill Nutarili ta’ Malta. Sostna li din il-liġi se tieħu post dik preżenti u qal li hemm talba biex din il-liġi tgħaddi malajr. Aqra aktar

Send this to a friend