Notifiki

Jistabbilixxu ċ-Ċirkewwa Marine Park

Kim, il-fekruna li għandha bejn tmien u għaxar snin ħadet sehem f’ċerimonja li fiha ġie ffirmat ftehim bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u n-Nature Trust.Aqra aktar

L-MTA bi pjan ta’ kontinġenza għas-settur turistiku li se jiftaħ ġimgħa oħra

Jiem qabel mal-gżejjer Maltin jibdew jilqgħu lit-turisti minn diversi pajjiżi, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, għaddejja b’ħidma sfieqa sabiex tiżgura li kollox ikun organizzat dejjem b’konformità mal-protokolli u l-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin.Aqra aktar

‘Separated’ – It-tielet produzzjoni f’Malta għal din is-sena

‘Separated’. Dan huwa isem it-tielet produzzjoni li nħadmet f’pajjiżna għal din is-sena. B’nefqa ta’ madwar €1.7 miljun din il-koproduzzjoni Taljana u Maltija, li fiha jaħdmu disgħin persuna, inħaddmet f’diversi lokalitajiet f’Malta, fosthom f’San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Sliema. Aqra aktar

Investiment ta’ aktar minn €120,000 għar-restawr tal-batterija tat-Torri l-Abjad fl-Aħrax tal-Mellieħa

B’investment ta’ aktar minn mija u għoxrin elf ewro (€120,000) tlesta x-xogħol mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-għaqda mhux governattiva Din l-Art Ħelwa fuq ir-restawr tal-batterija tat-Torri l-Abjad fl-Aħrax tal-Mellieħa.Aqra aktar

Ħidma li ma waqfitx minkejja l-isfidi tal-pandemija

Anke jekk is-settur turistiku bħalissa mhux wieħed daqstant bieżel, ħidmet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma waqfitx tul il-pandemija. Dan seta’ jidher ċar anke minn spezzjonijiet li saru minn uffiċjali tal-Awtorità stess, b’numru ta’ spezzjonijiet regolari fuq stabbilimenti li kienu obbligati bi protokolli mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.Aqra aktar

Send this to a friend