Ministru Carmelo Abela – One News

“Inħares lejn l-integrazzjoni tal-prinċipji ta’ żvilupp sostenibbli fil-proċess tal-preparazzjoni tal-baġit tal-Gvern li jmiss” – Carmelo Abela

Il-Ministru Carmelo Abela rrimarka li qed iħares lejn l-integrazzjoni tal-prinċipji ta’ żvilupp sostenibbli fil-proċess tal-preparazzjoni tal-baġit tal-Gvern li jmiss. Din għandha l-għan li tara li, kemm dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, il-Parlament, kif ukoll il-pubbliku inġenerali, jadottaw il-mentalità tal-impatt potenzjali li d-deċiżjonijiet u l-għażliet jista’ jkollhom fuq l-ambitu ambjentali, soċjali u ekonomiku. Il-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, responsabbli għall-iżvilupp sostenibbli, qal dan waqt li kien qed jindirizza sessjoni ta’ taħriġ speċjalizzat dwar kif il-miżuri tal-baġit annwali tal-gvern jistgħu jkunu marbuta mal-Għanijiet tal-Żvilupp Sostenibbli, li ġew ipprovduti lill-uffiċjali tas-servizz pubbliku mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD). Aqra aktar

Il-Ministru Carmelo Abela jenfasizza djalogu miftuħ għall-ħarsien tal-interessi tal-ħaddiema, f’laqgħa mal-GWU

L-importanza ta’ djalogu miftuħ u onest sabiex ikompli jitjieb il-ħarsien tal-interessi tal-ħaddiema, kienet it-tema prinċipali fuq l-aġenda tal-ewwel laqgħa uffiċjali bejn il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli mid-djalogu soċjali u r-relazzjonijiet industrijali Carmelo Abela, mal-General Workers’ Union. Huma qablu li l-Gvern u l-imsieħba soċjali huma bżonn xulxin hekk kif flimkien jistgħu jkomplu jimbuttaw ‘il quddiem l-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet u benefiċċji ġodda, għall-ġid tal-ħaddiema. Aqra aktar

Il-Ministru Carmelo Abela jiltaqa’ ma’ Destiny Chukunyere

“Destiny, inti tagħmilna kburin”. Dan kien il-kliem ta’ awguri mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, responsabbli mill-PBS, hekk kif dalgħodu laqa’ lill-kantanta rebbieħa ta’ Xfactor Malta Destiny Chukunyere. Il-Ministru Abela feraħ lil Destiny tat-talent żviluppat mużikali tagħha u lill-PBS tar-rwol importanti li kellhom ta’ kif inħareġ il-prodott tal-Xfactor Malta fuq it-televiżjoni, li jipprovdi lill-kantanti Maltin u Għawdxin opportunità li jesebixxu t-talent tagħhom’ f’ambjent professjonali. Aqra aktar

Gvern impenjat fil-ġlieda kontra l-prattiċi tax-xogħol prekarju u t-tisħiħ fid-drittijiet tal-ħaddiema – Carmelo Abela

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela, żar id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u ltaqa’ mal-ħaddiema. Dan id-dipartiment imiss direttament mal-ħajja tan-nies u jara li l-interessi tal-ħaddiema qed jitħarsu, filwaqt li jassigura relazzjonijiet industrijali stabbli. Aqra aktar

Is-sejħa għal proposti ta’ proġetti għal-għajnuna fl-iżvilupp internazzjonali mħeġġa kollaborazzjoni bejn l-NGOs u n-negozji

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela ħabbar lis-sejħa annwali għal proposti ta’ proġetti ta’ żvilupp internazjonali tal-Ministeru li huma implimentati  fil-maġġor parti tagħhom fl-Afrika għandha titnieda fil-ġimgħat li ġejjin. Din is-sejħa hija parti mill- Fond tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp. Aqra aktar

Malta tħarreġ uffiċjali pubbliċi tal-pajjiżi tal-Commonwealth fl-Oċeanografija u t-Tkabbir tal-Ekonomija Blu

Malta nediet seminar ta’ taħriġ ta’ sebat ijiem fl-Oċeanografija u t-tkabbir Tal-Ekonomija Blu immirat biex iħarreġ uffiċjali pubbliċi mill-Afrika, ir-reġjun tal-Karibew; ir-reġjun tal-Paċifiku kif ukoll l-Asja t’Isfel. Ħafna minn dawn il-pajjiżi huma stati sħab żgħar tal-Commonwealth, flimkien ma’ Malta. L-uffiċjali se jkunu mħarrġa fl-esplorazzjoni tad-dejta oċeanografika, l-elaborazzjoni u l-ħolqien tal-prodott għall-iżvilupp sostenibbli tal-baħar. Il-prattikanti u l-esperti relatati mal-oċeani huma ġejjin minn Tonga, is-Sri Lanka, is-Somalja, is-Seychelles, in-Namibja, il-Mawrizju, Tonga, l-Etjopja, Ġibuti, il-Barbados u l-Unjoni Afrikana li qed jiġu mħarrġa, bħala parti minn din l-inizjattiva. Aqra aktar

L-Uffiċċju Federali tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja b’investiment fl-Akkademja tal-Mediterran għall-Istudji Diplomatiċi f’Malta

Ġie ffirmat ftehim bejn l-Ambaxxatur Walter Haßmann, f’isem l-Uffiċċju Federali għall-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, u l-Professur Godfrey Pirotta, Chairperson tal-Akkademja tal-Mediterran għall-Istudji Diplomatiċi f’Malta. Dan il-ftehim se jara aktar investiment fl-akkademja kif ukoll il-kontinwazzjoni taċ-Chairman Ġermaniż għall-Istudji tal-Paċi u l-Prevenzjoni tal-Kunflitti fil-MEDAC li tkompli tikkonferma l-interess tal-Ġermanja fir-reġjun tal-Mediterran. Aqra aktar

Von der Leyen b’tifħir li Malta tista’ tkun il-pont tal-Ewropa lejn l-Afrika bħala sieħeb kummerċjali

“Malta tista tkun il-pont tal-Ewropa għall-Afrika” – Dan qalitu l-President tal-Kummissjoni Ewropeaj Usrula von der Leyen indirizzat il-konferenza imtella’ permezz ta’ messaġġ irrekordjat, mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ fejn tħabbret l-ewwel strateġija ta’ tkabbir u sħubija bejn Malta u l-Afrika sas-sena 2025, għal konsultazzjoni pubblika. Hija kellha kliem ta’ tifħir għall-istrateġija ta’ Malta għat-tkabbir mal-Afrika.  Aqra aktar