Titnieda l-aġenzija Maltija għall-ikel

Tnediet l-Aġenzija Maltija għall-ikel li se tieħu ħsieb il-proċess ħolistiku tal-prodott lokali mill-produzzjoni sa kemm dan jasal għand il-konsumatur.Aqra aktar

Għajnuna lill-bdiewa u r-raħħala għal wara l-pandemija

Tnedew żewġ skemi nazzjonali li se jagħtu għajnuna finanzjarja lill-bdiewa u r-raħħala biex itaffu wħud mill-konsegwenzi li ġabet magħha l-pandemija fuq l-agrikoltura lokali. L-istess skemi nħarġu wkoll fl-2020 u kienu approvati mill-Kummissjoni Ewropea.Aqra aktar

Bdiewa u raħħala issa b’servizz ta’ għajnuna anke fil-komunità

Ġie inawgurat l-ewwel uffiċċju ta’ AgriConnect fil-Mellieħa, li flimkien ma’ oħrajn li se jinfetħu s-sena d-dieħla, se jassigura aċċess aħjar għas-servizz tal-AgriConnect għall-bdiewa. Dan se jaqdi l-bżonnijiet tal-bdiewa bbażati f’Għawdex u fit-Tramuntana ta’ Malta.Aqra aktar

Se ssir riċerka biex jonqos l-impatt negattiv fuq speċi ta’ għasafar f’riskju li jiġu estinti

B’investiment ta’ tliet miljun u nofs ewro, li aktar minn żewġ miljun minnhom huma fondi Ewropej, riċerka bl-isem ta’ Life Pan Puffinus se tara li jiġu protetti żewġ speċi ta’ għasafar li jinsabu f’riskju li jiġu estinti.Aqra aktar

Inċentivi finanzjarji għall-bdiewa u l-produzzjoni tagħhom

Il-Ministru għall-Biedja Anton Refalo ħabbar skema li se tipprovdi inċentivi finanzjarji lill-bdiewa sabiex jamministraw pjan ta’ produzzjoni li huwa bbażat fuq il-provvista u d-domanda tas-suq lokali.Aqra aktar

Send this to a friend