mina – One News

Notifiki

Erba’ ġganti tal-infrastruttura jitfgħu l-offerta għall-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex

Żewġ kumpaniji u żewġ konsorzji, meqjusa ġganti fid-dinja tal-infrastruttura, tefgħu l-offerta fl-ewwel fażi tal-proċess fil-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex.

Din il-parti tal-proċess se twassal biex eventwalment tingħata l-konċessjoni għall-proġett, u min jeħodha, se jiddisinja, jibni, iħallas, jopera u jmantni l-proġett li b’mina ta’ 14-il kilometru, jgħaqqad b’mod permanenti liż-żewġ gżejjer. Aqra aktar

It-tħaffir fuq il-mina jasal nofs triq

Ix-xogħol fuq il-mina taħt l-art bejn l-impjant tar-reverse osmosis f’Pembroke u l-grupp ta’ ġibjun f’Ta’ Qali għaddej b’ritmu tajjeb tant li tħaffir wasal f’nofs triq. Aqra aktar

Azzopardi jikkonferma li l-PN mar lura mill-appoġġ għall-mina

Filwaqt li l-gvern huwa deċiz li jwettaq il-proġett tal-mina, Deputati nazzjonalisti komplu jikkonfermaw li l-Partit Nazzjonalista mar lura mill-appoġġ lejn il-mina.

B’Jason Azzopardi jaqbel ma’ Adrian Delia li minkejja li ivvutaw favru il-mina fil-parlament, issa darilhom u qed jgħidu li se jistennew ir-rapporti sabiex jieħdu d-deċiżjoni finali. Dan meta studji li kienu saru taħt amministrazzjoni Nazzjonalista kienu kkonkludew li l-proġett tal-mina huwa fattibbli.

Aqra aktar

Jitlesta l-mudell ġeoloġiku tal-mina bejn Malta u Għawdex

Il-Gvern qed iżomm l-impenn tiegħu biex jibni konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex.

Il-mudell ġeoloġiku ta’ taħt il-baħar fiż-żona ta’ interess tlesta, u matul ix-xahar li għadda kien sar seminar bil-għan li jkunu spjegati s-sejbiet minn dawn l-investigazzjonijiet.

Dawn l-istudji se jiffurmaw il-bażi għad-disinn tal-mina.

Send this to a friend