Notifiki

L-innovazzjoni fiċ-ċentru tat-tkabbir ekonomiku

Waqt it-tnedija tal-viżjoni ekonomika għal pajjiżna għad-deċenju li jmiss, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri saħaq li lil hinn mill-għan li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies, din il-viżjoni trid trawwem ukoll mentalità ġdida fejn jidħol it-tfassil tal-politika.Aqra aktar

Bidu ġdid għan-negozji tal-familja

Infetaħ l-uffiċju għan-negozji tal-familji f’uffiċini tal-Mimcol, Tas-Sliema, li se jservi biex jiprovdi informazzjoni dwar ir-rekwiżiti, benefiċċji u responsabbiltajiet ta’ dawk in-negozji li jirreġistraw ruħhom bħala negozji tal-familja.

Kunċett ġdid li daħal fis-seħħ bl-introduzzjoni tal-att għan-negozji tal-familja li għadda mill-Parlament fl-aħħar tas-sena li għaddiet.

Aqra aktar

Skema suċċess għall-kumpaniji ġodda

F’ Awwissu li għadda l-gvern nieda skema t’ aċċess għall-finanzi alternattiva għall-kumpaniji żgħar u medji li ma jsibux l-appoġġ tal-banek kummerċjali biex iniedu jew jespandu n-negozju tagħhom.

One News tkellem ma’ Adrian Said, ic-Chairman tal-korporazzjoni li ħadet ħsieb din l-iskema, biex naraw kemm kienu l-kumpaniji li rrikorrew għas-Seed Investment Scheme- u jidher li din kienet suċċess ikbar milli mistenni.

Aqra aktar

Send this to a friend