miljunarju – One News

Notifiki

Miljunarju ġdid – Sab il-biljett sena wara li rebaħ

Jekk irbaħt xi lotterija u l-biljett rebbieħ ma tistax issibu, din l-istorja se ttik ftit tama u kuraġġ. Hekk kif Awstraljan anzjan sar miljunarju wara li sab il-biljett rebbieħ tiegħu sena wara li n-numri tiegħu kienu dawk rebbieħa. Huwa sab il-biljett tiegħu waqt li kien qed inaddaf il-karozza tiegħu.

Aqra aktar

Merħba stramba lil miljunarju f’pajjiżna

Xena stramba, offensiva u forsi xi ftit komika – skont kif tħares lejha.
Grupp ta’ nisa għażlu li juru parti minn ġisimhom li mhux soltu jara xemx, filwaqt li għamlu mossi offensivi biex taw merħba lil Sir Philip Green. Dan il-miljunarju kbir kien dieħel bil-jott (ta’ mitt miljun lira sterlina) sabiex jirmiġġa fil-Port il-Kbir.
Huwa wasal Malta ftit sigħat qabel membri parlamentari Ingliżi żvelaw rapport dwar il-falliment tal-kumpanija BHS, li xi darba kienet timpjega 11,000 persuna. Minkejja l-ħajja lussuża ta’ Green, hemm nies li tilfu l-impjieg u oħrajn tilfu l-pensjoni. Ma nafux jekk dan jiġġustifikax din l-azzjoni tal-erba’ nisa.

Send this to a friend