milied – Page 7 – One News

Notifiki

“Tinsinix”- 1,888 tifel u tifla vulnerabbli b’xewqa speċjali għal dan il-Milied

Xahrejn qabel Jum il-Milied, tnediet il-kampanja Children’s Dreams, li sitt snin ilu bdiet b’ 100 ħolma u llum qed tara x-xewqa ta’ 1,888 tifel u tifla meqjusa vulnerabbli.

Din hija kampanja li tappella għall-ġenerożità tal-kumpaniji u individwi biex jaqtgħu x-xewqa tal-Milied tat-tfal li qegħdin taħt il-ħarsien tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, l-FSWS.Aqra aktar

Ecclesia Sanctorum – Il-Wirt Reliġjuż fuq il-bolol u aktar

Il-Grupp Filateliku taż-Żejtun se jkun qed itella’ s-16-il edizzjoni tal-wirja annwali tal-filatelija, din is-sena bit-titlu ‘Ecclesia Sanctorum – il-Wirt Reliġjuż fuq il-Bolol u Aktar’. Din il-wirja filatelika bit-tema tar-reliġjon se tkun miftuħa bejn nhar il-Ħamis 27 u l-Ħadd 30 ta’ Settembru, 2018, fis-Sala Ġużeppina Curmi (taħt l-Istitut Ġesù Nazzarenu), Triq l-Isqof Emm. Galea, iż-Żejtun. Din se tkun miftuħa wkoll waqt l-attività Żejt iż-Żejtun.

Il-pubbliku f’din il-wirja permezz tal-filatelija se jkun jista’ jara avvenimenti storiċi tar-reliġjon Kattolika fosthom tal-Milied u l-Ġimgħa Mqaddsa, muniti, kartolini ta’ qaddisin varji, u ħafna aktar. Bolol rari li se jqajmu diversi interess fost dawk li qed jkunu qed jattendu.

Matul din il-wirja diversi filatelistiċi li se jkunu qed idawwru lill-pubbliku madwar il-wirja u jagħtuhom spegazzjoni dwarhom. It-tfal kollha li se jkunu qed iżuru din il-wirja se jagħmlu xi ħaġa interessanti, li din il-ħaġa mbagħad se jkunu jistgħu joħduha magħhom. Barra minn hekk, se tkun qed titqassam il-gazzetta The Melite Post bla ħlas. Id-dħul għall-wirja huwa bla ħlas ukoll.

Il-filatelija dejjem kienet għal qalb iż-Żejtun, hekk kif l-istorja tal-filatelija tmur lura għall-bidu tas-seklu għoxrin, fejn l-ewwel għaqda filatelika f’Malta, il-Malta Philatelic Society’, kienet topera minn 20, Triq Sant’ Emidju, iż-Żejtun.

Din il-wirja qed tiġi mtella’ mill-Grupp Filateliku taż-Żejtun, grupp fi ħdan il-Kunsill Lokali taż-Żejtun, li twaqqaf fl-2002, minn Żwieten li kienu iż-Żejtun jġemmgħu l-filatelija. Għal kull laqgħa jattendi kelliem biex jitkellem dwar l-aspetti storiċi ta’ pajjiżna u lil hinn, li jkunu deheru fuq il-bolol. Kulħadd jista’ jingħaqad f’dan il-grupp, il-laqgħa u s-sħubija huma mingħajr ħlas.

Il-pubbliku hu mistieden għall-ftuħ uffiċjali li se jsir nhar il-Ħamis, 27 ta’ Settembru, fis-7.00 p.m.
Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 2166 3866 jew ibgħat posta elettronika fuq [email protected]

Baqa’ festa oħra imma l-Maltin iżarmaw kmieni

Ħafna huma dawk li jżarmaw djarhom fit-tieni jum tas-sena. Propjament, baqa’ festa oħra għada biex żmien il-festi kif nafuh, ngħidu li ġie fi tmiemu, għalkemm ikun baqa’ l-gandlora fit-2 ta’ Frar li tfakkar meta Ġesu’ Bambin ġie ppreżentat fit-tempju. Ta’ kull sena ssib ħafna nies li jużaw mezzi soċjali biex ifakkru li baqa’ l-Epifanija imma bħal donnha din il-festa f’pajjiżna hija biss iċċelebrata fil-Knisja.

Aqra aktar

L-24 ta’ Diċembru għadu maħbub minn bosta

Il-Jum ta’ għada, l-24 ta’ Diċembru għadu sinonimu ma’ spirtu sabiħ għal bosta. Ħafna jkun għad fadlilhom xi xiri x’jagħmlu. Imma għadek issib ħafna nies li jħobbu jerfgħu din il-ġurnata biex iżuru ħbieb li jkunu ilhom ma jiltaqgħu jew inkella jħallu propju din il-ġurnata fis-sena biex jerġgħu jġeddu xi ftit memorji u tifkiriet tat-tfulija.

Ma jonqsux l-awguri għalkemm fil-mezzi tal-midja soċjali sirna naraw ħafna kummenti li wieħed m’hemmx għalfejn jistenna dawn il-jiem biex jirreċiproka awguri ta’ xewqat tajba lil dak li jkun. Imma ejja ngħidu li b’mod awtomatiku hekk jiġri u s-soċjeta’ tistimola biex dan jiġri wkoll. Mhux inqas il-midja li żżid l-adrenalina għal dan l-istat ta’ ferħ fin-nies.Aqra aktar

Ser tittella’ il-ħdax -il edizzjoni ta’ Milied f’Casal Paola

F’Raħal Ġdid il-Milied huwa ċċelebrat b’tiżjin u armar fit-toroqfil-każini kif ukoll fid-djar u l-attività Milied f’Casal Paola’ li tkun il-qofol ta’ dawn l-attivitajiet kollha.
Ilħdax il-edizzjoni ta’ ‘Milied f’Casal Paola 2017’ din is-sena ser issir nhar is-Sibt 16 ta’ Diċembru 2017. Fost l-attivitajiet li ħa jseħħu, ħa jkun hemm numru ta’ wirjiet, kunċert tal-Milied, serata mużikali bis-sehem ta’ artisti stabbiliti.
B’atmosfera mill-isbaħ din l-attività ser ssir proprju fil-pjazza tar-raħal u f’numru ta’ toroq oħra prinċipali fil-madwarL-attivita qed tiġi organizzata mis-Soċjeta’ De Paule u l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid flimkien masSegretarjat Parlamentari għallGvern Lokali kif ukoll bis-sehem ta’ diversi għaqdiet u gruppi lokali. L-attivitajiet jibdew mill-4.30pm ta’ filgħaxija ‘il quddiem.

Malta l-għażla tas-CNN bħala destinazzjoni għal Milied

Pajjiżna klassifika fin-numru wieħed fil-lista ppubblikata mis-sit CNN, bħala d-destinazzjoni għal Milied. 

Bis-CNN jidentifika l-presepju u x-xeni ta’ nattività bħala l-attrazzjoni ewlenija tal-Milied f’pajjiżna. Bis-sit japprezza l-użanza Maltija, li numru ta’ residenzi jibdlu parti mid-dar jew il-garaxx tagħhom f’wirjiet ta’ presepji mill-isbaħ għall-pubbliku.

Aqra aktar

Instab is-Santa Klaws oriġinali fit-Turkija?

Arkeologi Torok jemmnu li sabu l-qabar tas-Santa Klaws oriġinali, magħruf ukoll bħala San Nikola.

Qabar f’kundizzjoni tajba ħafna nstab taħt il-Knisja ta’ San Nikola fid-distrett ta’ Demre f’Antalja fil-Lbiċ tat-Turkija, fejn huwa maħsub li San Nikola twieled.

Il-Knisja ta’ San Nikola f’Demre fit-Turkija minn ġewwa

Aqra aktar

Jinġabru €980,911 għad-Dar tal-Providenza fl-ewwel jum tas-sena

€980,911 inġabru waqt il-Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza. It-temp tajjeb, għalkemm kemmxejn kiesaħ, għen għadd kbir ta’ nies marru s-Siġġiewi jagħmlu d-donazzjoni tagħhom taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ. Bħal kull sena, għadd ta’ parroċċi f’Malta w Għawdex organiżżaw ġabriet speċjali.

Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, qal li din il-Festa ta’ Ġenerożità bħal dejjem uriet il-qalb kbira tal-poplu Malti u Għawdxi li għal darb’oħra wera solidarjetà u ġenerożità mad-Dar. Huwa qal li dawn il-fondi se jgħinu biex id-Dar tkompli tagħti ħajja xierqa u dejjem aħjar lir-residenti tagħha. Huwa irringrazzja lill-awtoritajiet ċivili u politiċi għall-appoġġ tagħhom kif ukoll lill-mijiet ta’ voluntiera li ħadu sehem fl-organiżżazzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità.

Aqra aktar

Send this to a friend