milied – Page 6 – One News

Notifiki

Esperjenza Milied tradizzjonali Malti f’Ħal Kirkop fi tmiem il-ġimgħa li ġej

Wasal Diċembru, ix-xahar tal-Milied, u x-xahar li jkun mimli b’attivitajiet differenti. F’Ħal Kirkop dan żgur mhux se jonqos, permezz tal-attività inovvativa ta’ Trejqet il-Milied fi Triq il-Paroċċa f’Ħal Kirkop. Attività li se tkun ibbażata fuq jumejn, bejn is-Sibt 8 ta’ Diċembru mis-18:00 ‘l quddiem, u il-Ħadd 9 ta’ Diċembru mit-08:00 ‘l quddiem.Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Le Grazzi, se nsuq”

“No thanks, I’m driving”. “Le grazzi, se nsuq.” Messaġġ skjett iżda ċar ta’ kampanja kontra x-xorb u s-sewqan.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-bidu ta’ xahar li matulu jiżdiedu l-okkażjonijiet tax-xorb minħabba l-festi, ġiet ikkwotata statistika li turi kif is-sena li għaddiet, f’pajjiżna mietu sbatax-il persuna f’ inċidenti tat-traffiku.Aqra aktar

Tkanta fil-post fejn twieled Ġesù Bambin

Tul l-aħħar jiem, il-kantanta Maltija La Barokka kienet il-mistiedna ewlenija f’isem Malta waqt il-kunċert uniku nisrani, Lighting of the Christmas Tree in Bethlehem, li l-udjenza għalih laħqet il-15,000 ruħ, fosthom il-Prim Ministru Palestinjan Rami Hamdallah u dinjitarji ohrajn.
Iċ-ċerimonja saret fi Pjazza Maxtura f’Betlem, li tinsab hdejn il-Knisja tan-Natività mibnija fuq il-grotta fejn twieled Ġesù Bambin.

Aqra aktar

ARA: Jibdew jinġabru l-ewwel rigali taċ-Childrens’ Dreams

Wara li fi ftit żmien saru madwar 1,900 wegħda ta’ rigali tal-Milied għal tfal inqas ixxurtjati bħala parti mill-inizjattiva Children’s Dreams, issa bdew jinġabru l-ewwel rigali fiċ-ċentru ta’ Children’s Dreams f’Ħal Farruġ .

L-assistent  Direttur tal-Aġenzija Appoġġ, Remenda Borg Grech, saħqet li s’issa diġa inġabru 25%  tar-rigali mwiegħda.  Dan hekk kif kull minn wiegħed rigal għandu sal-14 ta’ Diċembru biex jgħaddih lill-membri tal-Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali fiċ-Ċentru ta’ Children’s Dreams f’Ħal Farruġ. Aqra aktar

Ara l-villaġġ tal-Milied li qed iħejju għalina wħud mill-persuni b’diżabiltà li huma msieħba mal-Aġenzija Sapport

Matul il-ġimgħa, persuni b’diżabilità li jattendu f’wieħed miċ-ċentri tal-Aġenzija Sapport qed itellgħu avveniment li matulu l-pubbliku jista’ jixtri prodotti u tiżjin għall-festi tal-Milied.

Prodotti mill-isbaħ maħdumin bl-idejn minn 500 persuna li jattendu għal sessjonijiet ta’ rikrejazzoni fil-11-il ċentru tal-Aġenzija Sapport minn madwar Malta u Għawdex.Aqra aktar

Ngħixu s-suċċess bil-fatti f’idejna

Il-Milied qiegħed joqrob ġmielu.  Dawk dilettanti tal-presepji għaddejjin bl-aħħar tħejjijiet tagħhom biex jikkuntentaw mill-aħjar li jistgħu lil dawk li ta’ kull sena l-gost tagħhom iżuru l-presepji.  Mhux biss.  Diġa bdejna naraw, ‘l hemm u ‘l hawn, xi Father Christmas imdendel mal-gallerija.  U t-toroq tal-Belt diġà nxtegħlu.Aqra aktar

Imħabbar il-programm tal-Milied f’Għawdex- Jonas Blue se jwassalna għall-2019 b’kunċert fil-belt Victoria

Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Carauana ħabbret il-programm tal-festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena li se jiġu organizzati f’Għawde bejn l-1 ta’ Diċembru u s-6 ta’ Jannar 2019. Din hi l-ħames sena li l-Ministeru għal Għawdex qed ifassal proġramm imżewwaq speċifikatament għall-festi tal-Milied f’Għawdex. Il-programm ‘Milied f’Għawdex – l-għażla għal dan il-Milied huwa Għawdex’ hu programm varjat li jolqot il-gosti ta’ kulħadd u li se jssir f’ambjent sabiħ u akkoljenti, fissret il-Ministru għal Għawdex. Aqra aktar

CNN: Malta l-isbaħ pajjiż fid-dinja fejn tista’ tgħaddi l-Milied

Malta kienet ikklassifikata fl-ewwel post bħala l-isbaħ pajjiż fid-dinja fejn tista’ tgħaddi l-Milied 2018.

Is-sit tal-aħbarijiet tac-CNN reġa’ spjega għal darb’oħra kif Malta hija d-destinazzjoni ideali għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-festi tal-Milied bid-diversi tradizzjonijiet speċjali li jsiru fi gżiritina fost oħrajn il-presepji li jintramaw f’diversi rħula u li jkunu għall-wiri għall-pubbliku.

Jissemma wkoll il-presepju kbir u ħaj f’Betlehem f’Għajnsielem li huwa mifrux fuq medda kbira ta’ art b’diversi atturi u xenarji mill-isbaħ li jdaħħluk fl-ispirtu u joħduk lura fi żmien it-twelid ta’ Ġesù Kristu.

Ma tonqosx ukoll li tissemma il-mużika b’diversi kunċerti li jsiru fl-irħula u fil-knejjes li jiżżejnu apposta għal din il-ġrajja tant mistennija minn sena għall-oħra.

Ritratt: L-attività tal-Milied fin-Naxxar li ssir ta’ kull sena.

 

Send this to a friend