milied – Page 4 – One News

Notifiki

Tal-emerġenza jerġgħu iżuru l-blokka ta’ appartamenti li ġiet evakwata, iżda…

Iż-żewġ vetturi li jintużaw mit-tobba tal-emerġenza bidlu ftit l-rwol tagħhom lejliet il-Milied.

Dan sar sabiex qassmu rigali lill-anzjani ta’ blokka appartamenti fil-Gżira li matul il-lejl li għadda ġiet evakwata minħabba nirien li jista’ jkun li tqabbdu apposta.

Dan ħabbru l-konsulent mediku u d-Direttur Kliniku tal-emerġenza Dr Michael Spiteri, fejn huwa nnifsu deher iqassam ir-rigali. Huwa rringrazzja wkoll lill-ħaddiema kolla ta’ Mater Dei li taw sapport lil din l-inizjattiva.

Matul il-lejl li għadda ir-residenti ta’ din il-blokka qamu xxukjati hekk kif persuni mhux magħrufa ħarqu 3 tyres quddiem bieb ta’ appartament fl-ewwel sular. Dsatax minnhom kellhom jirċievu kura minħabba dħaħen li belgħu filwaqt li persuna oħra ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura.

 

X’bagħtulu lil Santa Klaws it-tfal din is-sena?

Madwar id-dinja kollha, miljuni ta’ tfal jibagħtu ittra lil Missier il-Milied; fiha jesprimu xi xewqa partikolari fosthom dwar ir-rigal li jixtiequ jaqilgħu jew inkella dwar x’jixtiequ li jesperjenzaw fil-ġejjieni.  Dawn ix-xewqat jintbgħatu l-Finlandja bit-tama li mat-tokki ta’ nofsillejl, ix-xewqa ssir realtà.

Żorna l-posta f’Ħal Qormi fejn mar rajna l-ittri li bagħtu t-tfal Maltin lil Missier il-Milied.  Dwar dan, tkellimna f’aktar dettall ma’ Kirsten Portelli, Uffiċjal mill-MaltaPost.  Aqra aktar

ARA: Jaħdem 80 Bambin u 100 grotta għall-Milied

Tmenin bambin il-ġmiel tagħhom. Mitt grotta maħduma b’dedikazzjoni kbira. U sittin statwa miżbugħa bi preċiżjoni. Dan kollu għal dawn il-festi tal-Milied minn nies b’ħila kbira ġewwa l-qasam tal-MUSEUM fis-Siġġiewi. Dan l-istazzjon żar il-kantina li tinsab taħt il-MUSEUM f’dan ir-raħal fejn sibna jilqana lil Joseph Zammit, soċju tal-MUSEUM.Aqra aktar

L-10 sena ta’ Ġorġ tad-doghnuts bħala dama – La Valette u t-tliet Muscatieri

“L-eċitament qiegħed iżid kull sekonda li tgħaddi.  Iż-żmien qiegħda joqrob.  Anzi wasal! … li nerġa’ ninterpreta l-parti tad-dama fil-pantomima!  Żmien li nkun ilni nipprepara għalih mhux ħażin …. Żmien li jkun wasal biex nara dak li tkellimt u ddiskutejt mal-produttur u d-direttur jitwettaq!  Anki naħseb fuq hekk jaqbadni t-tferfir.” Hekk qalilna Ġorġ tad-Doghnuts li din is-sena se jkun qed jinterpreta l-parti tad-dama għall-10 darba tiegħu.

Aqra aktar

Send this to a friend