milied – Page 3 – One News

Notifiki

Lanqas temmen x’kien l-aktar rigal popolari dan il-Milied…

Għalkemm għadu ftit kmieni, l-indikazzjonijiet huma li reġgħu kienu festi tajbin u s-sena li għaddiet bħala sena sħiħa kienet sena tajba għan-negozji Maltin u Għawdxin.

Il-Ġimgħa filgħodu waqt il-programm ONE Breakfast il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u s-Sidien tar-Ristoranti qal li dawn il-festi raw aktar Maltin jonfqu iżjed.Aqra aktar

Aktar minn 550 persuna jattendu l-ikla tal-Milied tal-Caritas

Ftit iktar minn 550 persuna attendew għall-ikla li Caritas Malta għamlet f’Jum il-Milied fil-binja tal-Kurja tal-Arċisqof. Din kienet ir-raba’ sena konsekuttiva li Caritas Malta ħadet ħsieb torganizza din l-ikla għal dawk li jinsabu weħidhom jew li m’ghandhomx biżżejjed mezzi jew bla saqaf fuq rashom. Din is-sena l-ikla taħbat fil-ħamsin sena anniversarju ta’ Caritas Malta.Aqra aktar

ARA: “Il-valur tal-ħajja huwa l-fulkru ta’ ħajjitna”- l-Arċisqof Scicluna

Il-kultura tal-Maltin u l-Għawdxin hija bbażata fuq il-valur tal-ħajja, kemm dawk ċkejknin kif ukoll tal-anzjani fis-soċjetà. Dan kien il-messaġġ ta’ Jum il-Milied tal-Arċisqof ta’ Malta, Mons Charles Scicluna.

L-Arċisqof Scicluna awgura l-poplu ikompli jgħożż d-don tal-ħajja, dik li tibda mit-tnissil u li tikber fil-ġuf tal-omm. Żied jgħid li l-bniedem m’għandhux iħares biss lejn il-ħajja matul is-snin.Aqra aktar