milied – Page 12 – One News

Notifiki

Pazjent ċkejken jirċievi għexieren ta’ kartolini għall-Milied

Wara talba indirizzata lill-pubbliku ta’ omm pazjent ċkejken ta’ 10 snin, li bħalissa jinsab jiġġieled kontra l-kanċer fir-Rainbow Ward fl-isptar Mater Dei,  biex jibgħatu kartolina tal-Milied lit-tifel tagħha, il-poplu Malti rrisponda bi kbir, kif imdorri jagħmel.

Dan hekk kif Giacomo Cassar irċieva għexieren ta’ kartolini li mhux biss poġġew tbissima kbira fuq fomm dan it-tifel gustuż iżda saħansitra poġġew ftit tama f’qalb dawk li jsegwu l-istorja tiegħu b’tant ħerqa.

Aqra aktar

Milied bieżel għan-negozjanti Għawdxin

Minkejja l-maltemp li ħakimna l-ġimgħa li għaddiet il-Maltin u l-Għawdxin ma qatgħux qalbhom iżuru d-diversi attivitajiet ta’ Christmas in Gozo. Fatt li rriżulta biex negozjanti Għawdxin ma ħadu l-ebda daqqa, u xogħolhom baqa għaddej mingħajr ebda xkiel.

Aqra aktar

Tinsiex lill-familja meta tixrob u ssuq

Qegħdin fuq l-għatba tal-festi, infakkrukom li saħħitkom tiġi qabel kollox. Il-ħsieb dwar familtna wkoll jorbot mal-mod ta’ kif inti ġġib ruħek fit-triq matul dawn il-ġranet. Aħseb f’familtek f’kull mument.” – il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca

F’laqgħa li saret bejn il-Kunsill Nazzjonali dwar is-Sigurtà fit-Toroq u l-President ta’ Malta proprju matul dawn il-ġranet ta’ festi, ġie misħuq għal darb’oħra l-bżonn ta’ aktar edukazzjoni, kampanji, riżorsi u ħidma, fosthom l-inklużjoni tad-drugalyzers u t-textalyzers għal nuqqas ta’ aċċidenti fit-toroq tagħna.

Aqra aktar

Il-Ħadd titħajjarx taqsam lejn Għawdex f’ħin l-ikel

Fil-Milied u fl-ewwel tas-sena, l-vapur ta’ Għawdex mhux se jkun qed jagħmel il-vjaġġi tiegħu bejn 12.00 u 15.00. Is-servizz tal-Gozo Channel se jkun sospiż biex il-ħaddiema li se jkunu qegħdin jaħdmu f’dawn il-ġranet, ikunu jistgħu jqattgħu ftit ħin mal-familjari u l-ħbieb tagħhom.

Aqra aktar

“Niċċelebraw f’għaqda”

L-għaqda għal darb’oħra kienet il-messaġġ ewlieni fl-attività Milied Flimkien li ttellgħet fi pjazza Kastilja.

Il-President ta’ Malta użat il-ħin tagħha biex tfajla tas-sekondarja għaddiet hi l-messaġġ li fis-soċjetà u fil-politika nindirizzaw l-ideat u l-opinjonijiet, u mhux il-persuna. Dan biex ma nitilfux l-aspett uman tal-persuni – li lkoll jixirqilhom rispett.

Aqra aktar

Żwieġ bejn ix-xjenza u l-Milied fl-Esplora

Il-Milied nafuh bħala żmien li jgħaqqad familji flimkien, fejn ħbieb li forsi ilhom ma jiltaqgħu jippjanaw xi ħarġa, u żmien fejn dak li jkun ikolu ftit ħin ta’ mistrieħ.

Issa dan iż-żmien ta’ festi qed iservi wkoll bħala mezz kif wieħed jersaq viċin tax-Xjenza, permezz ta’ workshops u spettakli ġodda fiċ-ċentru Esplora li qed ikunu offruti fi tmiem il-ġimgħa sa Jum il-Milied.

Aqra aktar

FILMAT: Tax-Xatt “wieqfa” għal Puttinu

Ħaddiema tax-xatt 25B waqfu għal ftit minuti għall-isfida popolari li tissejjaħ il-manequin challenge. Sfida mhux tas-soltu li waslet biex tinġabar somma ta’ flus għal Puttinu.
Din l-isfida tara lill-parteċipanti jieqfu tal-post u ma jiċċaqalqux fejn b’kanzunetta għaddejja fl-isfond il-kamera tibda ddur madwar kull parteċipant.

Send this to a friend