milied – Page 11 – One News

Notifiki

Imma Ġesu meta twieled?

Ħafna minna qatt ma kellna xi dubju dwar il-ġurnata li fiha twieled Ġesù Bambin, għax hekk konna mgħallma skont it-tradizzjonijiet Insara tagħna. Imbagħad meta kbirna sirna nafu li din hija biss it-tifkira tat-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Rigward d-data eżatta ta’ meta seħħ dan it-twelid l-istudjużi tal-ġrajja tal-Milied għadhom mhumiex ċerti.

 Skont drawwa popolari aħna ngħidu li t-twelid ta’ Ġesù sar fil-25 ta’ Diċembru. It-Testment il-Ġdid ma jagħti l-ebda data jew sena għat-twelid ta’ Ġesù. L-ewwel Evanġelju li nkiteb madwar is-sena 65 WK, dak ta’ San Mark, jibda bil-magħmudija ta’ Ġesù bħala adult. Dan jindika li l-ewwel Insara jew ma kellhomx tagħrif dwar it-twelid ta’ Ġesù, jew inkella ma kellhomx interess dwar id-data tat-twelid tiegħu.

Id-data tat-twelid ta’ Kristu ġiet stabbilita minn Dionysius Exiguus li kien patri f’monasteru f’Ruma. Fl-era Rumana, is-snin kienu jiġu kkalkulati anno urbis conditae (A.U.C.) jiġifieri mit-twaqqif tal-Belt ta’ Ruma. Din baqgħet is-sistema numerika li kienet tintuża mill-kittieba tal-istorja Rumana biex ikejlu n-numru ta’ snin. Hekk A.U.C. kienet tfisser is-sena li fiha l-belt ta’ Ruma ġiet imwaqqfa. Dijonisju jgħidilna li l-ewwel Imperatur Ruman  Awgustu rrenja għal 40 sena (27 qabel Kristu – 14 wara Kristu) u li warajh irrenja Tiberju (14 wara Kristu – 37 wara Kristu).

Aqra aktar

L-eżempju lill-ulied ċentrali fil-messaġġ tal-President

  • Tisħaq fuq ir-rispett, il-paċi u l-inklużjoni tat-tfal minn realtajiet differenti

L-eżempju li l-ġenerazzjonijiet adulti għandhom jagħtu lill-ulied kien ċentrali fil-messaġġ tal-President tar-Repubblika għal dawn iż-żminijiet ta’ festi.

Eżempju li għandu jkun mibni fuq il-ħtieġa għall-paċi u r-rispett li dan iż-żmien nisimgħu tant dwarhom.

“Huwa żmien ta’ opporunità li nsaħħu l-paċi. Paċi dejjiema tfisser li mhux biss nassiguraw li ma jkunx hemm vjolenza u ħsara lill-proxxmu tagħna. Iżda, li b’mod pożittiv u proattiv noħolqu  opportunitajiet biex nitkellmu bejnietna, naħdmu biex nibnu relazzjonijiet b’saħħithom, insaħħu l-parteċipazzjoni demokratika u niżviluppaw kultura ta’ rispett lejn xulxin,” qalet il-President tar-Repubblika.

Aqra aktar

Segwi lil Father Christmas fuq il-mappa

U issa tista’ anke saħansitra ssegwi fejn s’issa żar Father Christmas fil-ġita tiegħu madwar id-dinja biex iwassal ir-rigali f’kull dar madwar id-dinja. Dan hekk kif Google ħoloq mappa b’tip ta’ GPS li turi lil Father Christmas ‘jaqbeż’ minn pajjiż għal ieħor.

Aqra aktar

Temp sabiħ għall-Milied

Mistenni temp mill-isbaħ fi tmiem din il-ġimgħa fil-jum tal-Milied, dan skont il-bassara tat-temp indipendenti First Malta.

Illum mistenni jibqa’ bnazzi bi ftit sħab minn ħin għal ieħor, bl-ogħla temperatura tkun ta’ 17-il Grad Celsius, riħ mill-Majjistral b’forza 2/3. Filgħaxija mistenni jkun bnazzi, bl-inqas temperatura tkun dik ta’ 12-il Grad Celsius, bir-riħ idur Punent Majjistru b’forza 2/3

Aqra aktar

F’pajjiż fejn inżejnu kollox – anke gaffa!

Jekk tkun qed issuq fil-Mellieħa wara nżul ix-xemx, ftit wara li taqbeż fejn qabel kien hemm il-‘Belleview’, issib xena li tħallik xi ftit bla kliem.

Huwa minnu li aħna l-Maltin inħobbu inżejnu, imma xi ħadd ġietu f’rasu iżejjen gaffa kollha dwal tal-Milied. Għall-bidu, donnok tieqaf issumat tipprova taqta’ x’inhi din l-istruttura mdawwla, iżda meta tirrealizza li hija gaffa, aktarx jgħaddu minn moħħok firxa ta’ ħsibijiet.

Qed neżaġeraw? Imma jekk min jaħdem fis-settur, ħass l-ispirtu tal-Milied u xtaq jaqsmu ma’ ħaddieħor, għaliex le?

(Ir-ritratt meħud mill-paġna Malta Diżastru Totali)

Segwi hawn il-messaġġ t’Alfred Sant għas-sena l-ġdida

Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li s-sena d-dieħla  l-Ewroparlamentari Laburisti se jibqgħu jħarsu l-interessi ta’ Malta u Għawdex.

Sostna li s-sena l-ġdida se tkun waħda ta’ sfida, iżda jinsab fiduċjuż li din  tista’ u se tkun waħda ta’ suċċess għalina lkoll.

Segwi l-messaġġ hawn.

Aqra aktar

Studenti jiksbu rekord uniku – ipinġu fuq il-kartonċin!

L-Erbgħa 21 ta’ Diċembru 2016, l-għalliema, LSAs, l-istudenti u l-ġenituri tal-ħames sena tal-iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof waqqfu rekord ġdid.  Dan kien jinkludi tpinġija ta’ 7m b’4m fuq 80 kartonċina bajda.

L-istampa finali kienet dik ta’ silhouette tax-xena tan-natività f’inqas minn sagħtejn.  L-istudenti u l-ġenituri ngħataw parti mill-istampa kollha li kellhom ikabbru fuq il-kartonċin.  Wara li l-istudenti u l-ġenituri pinġew l-istampa tagħhom, dawn twaħħlu kollha fuq il-kanvas.

Rappreżentant mill-Malta Records ra dan il-proġett u ppreżenta lit-tim midalja u ċertifikat tal-kisba ta’ dan ir-rekord ġdid.  Fl-aħħar ittieħed ritratt ta’ tifkira ta’ dan l-avveniment.

Aqra aktar

KIENU SE JATTAKKAW MELBOURNE

 

Tlett irġiel minn ħamsa ġew akkużati quddiem il-Qorti li ħejjew plan ta’ attakk terroristiku li kellu jsir f’Melbourne fil-jum tal-Milied.

Abdullah Chaarani, ta’ 26 sena, Hamza Abbas, ta 21 sena, u Ahmed Mohamed, ta’ 29 sena, kollha nżammu fil-kustodja tal-Pulizija wara li l-Maġistrat ma laqax it-talba li jinħelsu mill-arrest. Huma se jkunu qed jirritornaw lura quddiem il-Qorti fit-28 ta’ April, akkużati li pparteċipaw fit-tħejijiet tal-pjan tal-attakk terroristiku. Iż-żewġt irġiel l-oħra se jkunu qed jidhru quddiem il-Qorti is-Sibt li ġej.

Aqra aktar

Tal-ambaxxata Amerikana f’Tokyo b’mossi verament mhux tas-soltu – trid tara biex temmen

Dan huwa każ ta’ politiċi li vera daħlu fl-ispirtu tal-Milied – forsi xi ftit iżżejjed!

Ħaddiema tal-ambaxxata Amerikana f’Tokyo nġabru biex jagħtu wirja tal-hekk imsejjħa Koi Dance, ċioe żifna tal-imħabba. Din hija żifna li kisbet popolarità kbira għaliex żifnuha waqt programm televiżiv Ġappuniż segwit immens.

Dik li tidher fil-bidu u fir-ritratt ta’ fuq hija Carolyn Bouvier-Kennedy, l-ambaxxatriċi Amerikana għall-Ġappun u bint l-eks President Amerikan John F. Kennedy. Dawk li hemm jiżfnu magħha huma wħud mill-ogħla uffiċjali.

Ftit mumenti biss wara li tela’ online, dan il-filmat kellu aktar minn 2.8 miljun persuna li ratu.

Aqra aktar

Send this to a friend