Notifiki

Pensare male é peccato, ma spesso si azzecca! 

Hekk kien jgħid Giulio Andreotti. Li taħseb ħażin dnub, imma ħafna drabi taqta’ bi preċiżjoni. Bil-Malti ngħidu: “Aħseb il-ħazin, ħalli t-tajjeb ma jonqosx” Daħalli suspett qawwi fuq Alarm Phone, wara li New York Times qalet li l-immigranti jaqbdu mal-Alarm Phone b’telephone satellitari li jkun rċevew fil-Libja stess minn min jarma l-laneċ. Mort infittex u sibt li dawn għandhom bażi fuq l-art. Javżaw li huma ma jagħmlu l-ebda salvataġġ imma jistgħu jagħmlu sejħa għall-għajnuna. Jagħmlu wkoll informazzjoni għall-medja, biex fi kliemhom jimbarazzaw lill-awtoritajiet. Alarm Phone stess jgħidu li għandhom kollaboraturi fil-Libja! Aqra aktar

ARA: Fil-Parlament Ewropew isostnu li Malta eżempju

Sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew dwar l-immigrazzjoni rat tifħir lejn pajjiżna għal mod kif għal darb’oħra, permezz tal-Prim Ministru Joseph Muscat, waslet għal soluzzjoni f’nofs kriżi ta’ immigrazzjoni.  Kien il-Kummissarju Ewropew Dimitris Avrampolous li f’diskussjoni plenarja beda billi tkellem dwar Malta.Aqra aktar

Lejn kumitat dwar il-migrazzjoni fil-Parlament Ewropew

Tul l-aħħar snin pajjiżna kien protagonist fit-tiftix għas-soluzzjonijiet dwar il-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari. Fost oħrajn kien pajjiżna li laqqa’ mexxejja Ewropej u mexxejja Afrikani matul il-Valletta Summit dwar il-Migrazzjoni, f’Novembru 2015 u li permezz tiegħu twaqqaf ukoll il-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza għall-Afrika, li matul l-2018 gawda minn €4.1 biljun mill-Baġit tal-UE.

Filwaqt li nissalvagwardjaw l-interessi tagħna u ta’ pajjiżna, l-isfida tal-migrazzjoni u l-aħħar żviluppi, għandhom iħeġġuna biex inkomplu din il-missjoni bħala dak l-istat Ewropew li kif qal il-Prim Ministru noħolqu l-bilanċ meħtieġ bejn l-interessi nazzjonali u d-dinjità umana.Aqra aktar

Miriam Dalli tippreżenta ħames prijoritajiet fil-qasam tal-migrazzjoni  

 

Il-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabiltà huma fost il-prijoritajiet tal-Ewroparlamentari Maltija Miriam Dalli, biex l-Unjoni Ewropeja tasal għal sitwazzjoni fejn tkun qed twettaq dak li twiegħed hemm bżonn ta’ miri u miżuri ċari fir-regolamenti li jistabilixxu l-fondi li jitħaddmu madwar l-iStati Membri kollha.

L-MEP Maltija Miriam Dalli qalet dan matul il-preżentazzjoni tar-rapport tagħha dwar liġi li tirregola l-użu ta’ aktar minn €10 biljun dwar l-Migrazzjoni u l-Ażil.Aqra aktar

Id-delegazzjoni Maltija PAM tipparteċipa fil-konferenza dwar il-promozzjoni ta’ migrazzjoni intelliġenti u umana fil-Mediterran

Id-delegazzjoni Maltija għall-Assemblea Parlamentari għall-Mediterran (PAM) immexxija minn Justyne Caruana, ipparteċipat fil-konferenza “Promozzjoni ta ‘kooperazzjoni reġjonali aħjar lejn migrazzjoni intelliġenti u umana madwar il-Mediterran”, organizzata fil-Belt Valletta bejn is-16 u s-17 ta’ Novembru 2017 mill-Parlament ta’ Malta, l-Unjoni Interparlamentari (IPU), u PAM. Id-delegazzjoni Maltija kienet tinkludi wkoll Glenn Bedingfield, Etienne Grech, u David Stellini.Aqra aktar

Malta tappella għal sforzi ikbar  fuq ir-ritorn u r-riammissjoni tal-migranti

Jinħtieġ li l-Unjoni Ewropea żżid, illum qabel għada, l-isforzi tagħha fil-qasam tar-ritorn u r-riammissjoni ta’ immigranti li mhumiex intitolati għall-protezzjoni internazzjonali. Qal dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela, lill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin (KAB) fil-Lussemburgu.Aqra aktar

Send this to a friend