miet – Page 2 – One News

Notifiki

FILMAT: Minuta u nofs imdendel bejn ħajja u mewt minn binja f’Tas-Sliema

 

Il-Libjan ta’ 26 sena li tilef ħajtu traġikament f’sit ta’ kostruzzjoni f’Tas-Sliema aktar kmieni t-Tnejn, għamel minn tal-anqas minuta u nofs imdendel bejn ħajja u mewt.

Filmat miġbud minn persuna li kienet fl-inħawi juri kif persuna oħra ppruvat issalva lill-vittma b’ħabel. Raġel ieħor jidher jixxabbat u jitfa’ l-ħabel qrib il-vittma, li min-naħa tiegħu prova jaħtaf il-ħabel biex isalva. Huwa jidher jissara mal-ħabel bit-tama li jilħaq il-quċċata tal-binja.

Iżda, kull tentattiv biex isalva ħajtu falla, hekk kif il-vittma ma kellux aktar saħħa jżomm mal-ħabel, bil-konsegwenza li spiċċa waqa’ għoli ta’ madwar seba’ sulari, b’tim mediku jiċċertifikawh mejjet fuq il-post.

one.com.mt kien l-ewwel fuq il-post, fejn kienet għaddejja ħidma delikata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li nfetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Francesco Depasquale.

Il-filmat mhux qed jixxandar kollu fuq dan is-sit.

Ara wkoll:

BIL-FILMAT: Raġel ta’ 26 sena jmut wara li waqa’ aktar minn disa’ sulari f’Tas-Sliema

Redeemer Tesi; ħajja li ħallietna kmieni wisq

Jismu’ Redeemer Tesi, iż-żagħżugħ ta’ 21 li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku dalgħodu fil-Marsa. Ir-ritratti tiegħu online huma xieda ta’ kemm kien dilettant tal-karozzi u kemm kien ġuvni li dejjem imdawwar bil-ħbieb. Infatti kien fi triqtu lejn l-Imġarr biex illum iqatta’ l-jum ma sħabu.

Redeemer kien minn Raħal Ġdid. Il-karozza li ħabat biha kienet għal qalbu, tant li huma diversi r-ritratti li sibna tiegħu magħha. Bħal kull żagħżugħ ieħor, ġieli tella’ xi ritratt liebes pulit, u sħabu jgħaddu kummenti li jindikaw ċertu mħabba u simpatija.

Żgur li llum, għal ħbieb u qraba ta’ Redeemer, se jibaq mmarkat bl-iswed fil-kalendarju.

Aqra aktar

Imut l-eks Ministru Joe Grima

L-eks Ministru Joe Grima miet ftit tal-ħin ilu wara numru ta’ snin jissielet mal-mard. Huwa miet lejlet li kellu jagħlaq 81 sena. Joe Grima, li twieled iż-Żejtun, kien għalliem fl-iskola tal-Furjana u ġurnalist mat-Times. Grima anki serva bħala Kap tal-Programmi fir-Redifussion.

Send this to a friend