michelle muscat – Page 8 – One News

Notifiki

“Jeħtieġ li titqajjem kuxjenza minn età żgħira dwar il-kanċer tas-sider” – Michelle Muscat

Mijiet irreġistraw għal ġirja li għaddejja bħalissa bl-isem ta’ ‘Run to the rhythm’, li hija t-tielet attivitá matul ix-xahar ta’ Ottubru, magħruf bħala Pink October. Ir-rotta tal-ġirja li bdiet minn Baystreet se tieħu l-parteċipatni sal-Gżira, akkumpanjati bil-mużika, bl-għan li jagħmlu kuraġġ u jaslu sal-aħħar.
Aqra aktar

Censina: seklu f’din id-dinja

Censina Cachia għexet ħajja sempliċi. Forsi dak kien is-sigriet li wassal biex għalqet mitt sena.
F’din l-okkażjoni żaritha s-sinjura Michelle Muscat, f’Casa San Paolo Buġibba. Censina hija mill-Msida, iżda marret tgħix Buġibba tliet snin ilu.
Armla u qatt ma kellha tfal, Censina għandha tliet affarijiet għal qalbha: it-tfal ta’ ħutha, il-fjuri, u l-valuri sodi li tgħallmet tgħix bihom tul dan l-aħħar seklu.
F’Casa San Paolo dawk qrib tagħha nġabru u ferħu magħha – ċelebrazzjoni ta’ għomor li jkunu fortunati dawk li jkollhom ix-xorti jilħqu.

L-għawma ta’ Michelle Muscat: ħut, bram u cruise liners!

L-ansjetà waqt l-għawma ta’ Michelle Muscat, minn Wied il-Għajn sal-Port il-Kbir, kienet doppja għat-tabib Deo Debattista meta mqabbel mas-sena li għaddiet.

Stqarr magħna li kien il-ħin kollu għajnejh fuqha f’każ li jiġrilha xi ħaġa f’sens ta’ saħħa. Iżda kien anzjuż ukoll minħabba li fl-inħawi jkun hemm ħafna ħut kbir.

Fatt li qalilna ma tkellimx dwaru ma’ Michelle Muscat, li kellha rieda liema bħalha li tagħmilha.  Waqt l-għawma tas-sinjura Muscat, Deo Debattista assista flimkien mat-tabib tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Aqra aktar

Michelle Muscat tgħum minn Wied il-Għajn sal-Port il-Kbir

Wasal il-jum li fih mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat, tgħum minn Marsaskala għall-Port il-Kbir. Sfida ikbar mis-sena li għaddiet għaliex il-baħar f’dawn l-inħawi fih aktar kurrenti u huwa baħar miftuħ.  Ilbieraħ it-temp xejn ma kien favorevoli fil-gżejjer Maltin, b’riħ, baħar imqalleb u maltemp.

Aqra aktar

Sfida ikbar għal Michelle Muscat

Is-sinjura Michelle Muscat se terġa’ tgħum bil-għan li jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Marigold.

Din id-darba l-għuma se tkun minn naħa t’isfel ta’ Malta għall-Port il-Kbir, jiġifieri sfida ikbar għaliex il-baħar f’dawn l-inħawi fih aktar kurrenti u huwa baħar miftuħ.

Aqra aktar

Send this to a friend