michelle muscat – Page 7 – One News

Notifiki

Il-bestja, is-sabiħa u Marigold

Il-film Beauty and the Beast se jkun qed jintwera għall-ewwel darba f’Malta fis-swali taċ-ċinima tal-Embassy, bil-fondi li se jinġabru fl-ewwel ġurnata se jmorru għall-Marigold Foundation.

Il-film se jkun qed jixxandar fis-17 ta’ Marzu fit-20:30 ta’ filgħaxija u wara se jkun qed jittella’ festin tal-okkażjoni.
Aqra aktar

Michelle Muscat ikkonfermata patruna fil-Eurordis

Għar-raba sena konsekuttiva, ic-cerpersin tal-Fondazzjoni Marigold u mart il-Prim Ministru Michelle Muscat se terġa tkun waħda mill-patruni tal-Eurordis, aġenzija Ewropeja  li titratta l-mard rari.

Aħbar li ġiet ikkonfermata waqt konferenza li saret fi Brussell fejn kienet qed tiġi diskussa il-kawża tal-mard rari fl-Ewropa u madwar id-dinja.

Fid-diskors tagħha, Michelle Muscat elenkat ix-xogħol kbir li qed issir f’pajjiżna biex din il-kawża tkun priorita meta jiltaqgħu l-Ministri tas-saħħa f’Marzu li gej.

Aqra aktar

Għada Marigold tagħlaq tliet snin

Għada jaħbat it-tielet anniversarju tal-Fondazzjoni Marigold. Kienu tliet snin ta’ ħafna xogħol f’oqsma differenti, u wieħed mill-aktar ta’ sodisfazzjoni kienu l-avvanzi fl-avveniment Pink October.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, iċ-chairperson tal-Fondazzjoni, Michelle Muscat għalqet il-kampanja tal-2016. Fakkret li din is-sena saret ħidma biex jinxtara apparat ġdid, u minn Pink October inġabru €117,000.

Il-breastcare unit fl-isptar se jkollu wkoll reġistru tal-persuni morda. Pink October ilha ssir mill-2013 u hija l-ikbar kampanja edukattiva tul is-sena kollha. Il-pjan għall-2017 huwa li l-kampanja tkun ikbar.

Il-mard rari fuq aġenda internazzjonali

Sena wara li twaqqfet l-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ tal-Mard Rari, li tgħaqqad flimkien pazjenti li forsi jħossuhom iżolati minħabba li għandhom marda jew kundizzjoni rari, id-diskussjonijiet issa huma mmirati lejn skala internazzjonali.

Stqarret dan is-Sinjura Michelle Muscat waqt il-programm Kalamita f’isem il-Fondazzjoni Marigold li tmexxi l-alleanza. Muscat spjegat kif ħadd ma jkun sema’ b’dan il-mard sakemm xi ħadd jingħata d-dijanjożi

Aqra aktar

Pjazza Kastilja fl-atmosfera tal-Milied

Wara s-suċċess ta’ Classics under the stars se jitnieda l-istess tip ta’ kunċert klassiku iżda għall-Milied. Dan ħabbritu l-mara tal-Prim Ministru Michelle Muscat li fissret kif dan il-kunċert se jgħin biex aktar nies jidħlu fl-ispirtu tal-Milied Malti.
Aqra aktar

Ilkoll differenti imma issa lkoll uniformi wkoll

Ghal ewwel darba, madwar 320 atletta li jagħmlu parti minn Special Olympics Malta, permezz tal-iskema ‘Voluntary Organasitions Projects’ ser ikollhom uniformi unika.

Waqt attivita l-erbgħa filgħaxija fejn għaliha kien hemm preżenti l-Ministru Helena Dalli kif ukoll il-president ta’ Special Olympics Malta, is-sinjura Michelle Muscat, l-atleti ngħataw l-ewwel uniformi taggħom.

Aqra aktar

Michelle Muscat f’Dubai bħala mistiedna ta-Prinċipessa Haya

Michelle Muscat, Mart il-Prim Ministru, żaret Dubai, bħala mistiedena tal-Prinċipessa Haya bint Al Hussein, Mart il-Viċi President u l-Prim Ministru tal-Emirati Għarab Magħquda, Sheikh Mohammed bin Rashid Al Maktoum.

Il-Prinċipessa Haya u s-Sinjura Muscat skambjaw ideat dwar il-mod li bih Dubai u Malta jistgħu ‘itejbu aktar ir-rabtiet sodi tagħhom u jespanduhom mill-isfera ekonomika għal dik soċjali. Il-Prinċipessa Haya esprima l-apprezzament tagħha għall-kisbiet ta’ żvilupp impressjonanti ta’ Malta, speċjalment fis-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni.

Aqra aktar

Baħar ta’ roża: kbar, żgħar u anke annimali jimxu flimkien

Aktar minn elf persuna dalgħodu mxew minn Bormla sa Smart City, bħala parti minn Pink October: sensiela ta’ attivitajiet tul dan ix-xahar bil-għan li titqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider. Fost dawn kien hemm is-sinjura Michelle Muscat, chairperson tal-Fondazzjoni Marigold. 
Familji, ħbieb, kollegi, u anke annimali dalgħodu pparteċipaw fil-mixja. Interssanti li kien hemm play area apposta għall-annimali domestiċi fi Smart City, fejn intemmet il-mixja.
Kien hemm min saħansitra bgħatilna ritratti tal-ħbieb b’erba’ saqajn, libsin tal-okkażjoni – il-kulur roża li jirrappreżenta l-battalja kontra l-kanċer tas-sider.

Send this to a friend