michelle muscat – Page 6 – One News

Notifiki

Il-Maġistrat inkwirenti jibda b’ħidmietu

Il-Pulizija ssiġġilat il-bank Pilatus biex il-Maġistrat Inkwirenti li nħatar biex jinvestiga l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-Prim Ministru jkun jista’ jwettaq ħidmietu. Kien il-Prim Ministru li lbieraħ iddikjara li l-konsulenti legali tiegħu talbu lill-Kummissarju tal-Pulizija biex il-Maġistrat tal-Għassa jibda investigazzjoni. Investigazzjoni li kollox jindika li nbdiet.

Il-Prim Ministru ħa dan il-pass wara li ċaħad kull allegazzjoni li kien hemm fil-konfront tiegħu u ta’ martu f’dik li ddeskriva bħala l-ikbar gidba politika. Ħabbar ukoll li se jieħu passi legali.

 

“Il-ħidma tiegħi se tkompli tissoda għas-snin li ġejjin”

 “Wara li ċħadt l-ikbar gidba fl-istorja politika ta’ pajjiżna u tlabt lill-Avukati tiegħi sabiex jinstema’ libell b’urġenza tajt ukoll struzzjonijiet lill-Avukati tiegħi biex ikellmu lill-Kummissarju tal-Pulizija biex tibda inkjesta bil-Maġistrat Inkwerenti. Il-ħidma tiegħi wara llejla se tkompli tissoda għas-snin li ġejjin”.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat f’intervent telefoniku fuq ONE lbieraħ filgħaxija.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru b’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja

Fil-ħin li ġej il-Prim Ministru, Joseph  Muscat, se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja.

Fl-aħħar ħinijiet Daphne Caruana Galizia u l-midja tal-Partit Nazzjonalista bdew ixerrdu l-qlajja li l-kumpanija Egrant, li hija shelf company ta’ Brian Tonna ta’ Nexia Bt, hija ta’ mart il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Meta nhar it-Tlieta kien qed jindirizza l-konferenza ġenerali annwali tal-Partit Laburista l-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara hekk.

Aqra aktar

Il-kulur blu f’Għawdex

Lejliet il-bidu tax-xahar  t’April, li madwar id-dinja jqajjem kuxjenza dwar l-Awtiżmu, l-fondazzjoni Marigold kienet ewlenija fl-attivita’ Light it up Blue li din id-darba saret fil-gżira Għawdxija.

B’hekk Malta tpoġġiet fuq il-mappa tad-dinja billi ingħaqdet mal-akbar organizzazjoni dinjija favur l-Awtiżmu, Autism Speaks u għar-raba sena konsekuttiva ingħaqdet fil-kampanja dinjija tagħhom Light it up Blue. 

Aqra aktar

Il-mara speċjali li tieħu ħsieb atleti speċjali

Il-gazzetta Kulħadd tkellmet ma’ Ann Calleja, direttur nazzjonali ta’ Special Olympics Malta u li tant taħdem biex tfal u żgħagħ b’diżabiltà jikkompetu b’mod normali ma’ oħrajn f’diversi dixxiplini tal-isport waqt li jkollhom l-istess drittijiet. Dan bil-għan li d-diżabiltà ma tippreżenta l-ebda xkiel fl-isport.

Aqra aktar

Pajjiżna katalista għall-kura tal-mard rari

Fl-aħħar tlett ijiem pajjiżna mexxa l-ewwel laqgħa bl-istakeholders Ewropej kollha li jaħdmu fil-qasam tal-mard rari, mhux biss dawk politiċi min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea jew Ministri u Deputati tal-Parlamenti tal-Istati Membri iżda wkoll esperti minn Universitajiet u laboratorji ta’ riċerka madwar l-Ewropa.

Aqra aktar

Il-Premiere tal-film ‘Beauty and the Beast’ ikun wieħed ta’ suċċess f’pajjiżna

  • Il-fondi li nġabru waqt il-Premiere kienu b’riżq il-Fondazzjoni Marigold
  • Għall-Premiere ġie Malta rappreżentant minn Disney Studios
Kien lejl mistenni minn bosta, dan hekk kif il-Ġimgħa filgħaxija ġie mniedi Malta wieħed mill-aktar films mistenni ta’ din is-sena tad-Disney, Beauty and the Beast. Dan wera li kien lejl ta’ suċċess hekk kif bosta attendew bi ħġarhom.
Kienet serata maġika għal kull min attenda għal-lejl speċjali li fih sar il-Premiere ta’ dan il-film, b’ riżq il- Fondazzjoni Marigold, gewwa  l-Embassy Cinemas fil-Belt Valletta.
Fil-lejl tal-Ġimgħa, Malta nghaqdet flimkien mal-akbar pajjiżi minn madwar fid-dinja fejn fl-istess ġurnata saru l-Premieres ta’ dan il film.

Aqra aktar

L-ewwel akkużawh li ma ħallasx, issa tkażaw għax ħallas…il-PM iwieġeb

Wara sena jallegaw li xi ħadd ieħor ħallas biex il-Prim Ministru u l-familja tiegħu marru vaganza Dubai, issa il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-partit tiegħu qed jammettu li kien il-Prim Ministru stess li ħallas għalihom kif turi irċevuta li qed jirreferu għaliha.

Issa Dr Busuttil irid ikun jaf għaliex il-Prim Ministru għażel din iż-żjara għal familja tiegħu u kif nefaq dawn il-flus.

Kif tixhed l-irċevuta stess, il-Prim Ministru ħallas permezz tal-karta tal-kreditu tiegħu u matul is-sena li għaddiet qata’ dan il-kont mill-karta tiegħu permezz ta’ transizzjonijiet bankarji rekordjati.

Aqra aktar

Send this to a friend