michelle muscat – Page 4 – One News

Notifiki

Michelle Muscat maħtura l-patruna tal-Eurordis-Alleanza Ewropea tal-mard rari

Għall-ħames sena konsekuttiva, mart il-Prim Ministru ta’ Malta u l-President tal-Alleanza Maltija tal-Mard Rari Michelle Muscat kienet maħtura bħala l-patruna tal-EURORDIS – l-Alleanza Ewropea tal-Mard Rari, waqt ċerimonja fi Brussell.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm il-Prinċipessa Astrid u l-Prinċipessa Ann de Ligne tal-Belġju. Is-Sinjura Muscat enfasizzat l-importanza li naħdmu mal-pazjenti li jiġu milquta minn mard rari.

Is-Sinjura Muscat, li kienet akkumpanjata mill-Ambaxxatur Malti għall-Belġju Ray Azzopardi u mis-Segretarja tal-Alleanza Josette Azzopardi, kellha diskussjonijiet ma’ speċjalisti f’dan il-qasam u alleanzi tal-pazjenti li flimkien qed jaħdmu sabiex jitwaqqfu aktar għajnuniet għall-pazjenti.

Bħalissa, l-Alleanza tal-Mard Rari għaddejja b’kampanja nazzjonali biex ikun hawn iktar għarfien kif ukoll sabiex iktar pazjenti b’mard rari jingħaqdu flimkien u jagħtu appoġġ lil xulxin.

Bil-Filmat: Tbati minn marda rari

Persuna waħda minn kull elfejn tbati minn marda rari li jaf tkun ta’ theddida għall-ħajja tal-pazjent. Bil-mard rari qed jaffettwa aktar minn ħamsa u għoxrin elf persuna f’pajjiżna.

Fosthom, Jacqueline Bianco, li ta’ erbgħin sena nstab li kienet qed tbati mill-marda rari msejħa Myasthenia. Dan wara li bdiet issib diffikultà tiekol u tara doppju.

 mhijiex ħaġa faċli għax meta tkun għaddej minnha, fil-parti l-iżjed gravi tagħha, lanqas l-affarijiet normali li wieħed jagħmel ta’ kuljum, eżempju tilbes waħdek fil-każ tal-marda tiegħi, meta bdejt bil-marda kelli tfal żgħar ma kontx nista’ nippreparahom għall-iskola, xogħol tad-dar u nsajjar ma stajtx nagħmel xejn għax kont nitlef is-saħħa ġismi kollu, allura tiddependi ħafna minn ħaddieħor. Apparti li tbati li ma tkunx tista’ tagħmel l-affarijiet tbati wkoll għax tħossok m’int tajjeb għal xejn.

Jacqueline sabet spalla mill-Alleanza Nazzjonali għall-mard rari f’pajjiżna. Alleanza li tlaqqa’ flimkien il-persuni li għandhom mard rari flimkien u li toffrilhom appoġġ emozzjonali.

L-alleanza ħadmet id f’id mal-Gvern biex jitwaqqaf reġistru għall-mard rari bil-għan li jkun bażi għal riċerka u appoġġ għal dawk kollha milquta.

Fil-fatt Jacqueline bħall-maġġoranza tal-membri tal-alleanza tat il-kunsens tagħha biex tkun parti mir-riċerka li qed tagħmel l-Università ta’ Malta dwar dan it-tip ta’ mard.

 Il-President tal-Alleanza Nazzjonali għall-mard rari, is-Sinjura Michelle Muscat, sostniet l-importanza tal-ħidma li qed issir mill-alleanza biex dawk li jbatu minn mard rari jsibu s-sapport f’xulxin.

Qalet li l-Alleanza għaddejja b’ħidma, fost oħrajn mat-tobba biex jiżdied aktar l-għarfien dwar l-għajnuna offruta.

Is-Segretarja tal-Alleanza Josette Azzopardi appellat lil dawk li jbatu b’mard rari biex jissieħbu fl-alleanza.

 

 

Michelle Muscat tiffirma l-karru tagħha

Michelle Muscat sabet ruħha fuq karru tal-karnival flimkien ma’ mart il-Kap tal-Oppożizzjoni u d-deputat Marlene Farrugia.
Mart il-Prim Ministru Michelle jidher li laqgħet l-idea tal-entużjasti tal-karnival bi tbissima u spirtu sportiv, tant li telgħet fuq is-sellum biex tiffirma dan l-istess karru.
Jidher li din is-sena fir-renju tal-karnival dieħel kulħadd.

€150,000 minn Pink October

Mija u ħamsin elf ewro inġabru minn Pink October elfejn u sbatax organizzati minn Marigold Fondation.

Flus li se jibbenefikaw minnhom sebgħa għaqdiet mhux governattivi sabiex ikomplu jgħinu aktar pazjenti.

Il-fondi inġabru waqt diversi attivitajiet bil-parteċipazzjoni tal-pubbliku. Bl-attivita ewlenija tkun “The Esplora Pink October Night Walk”, b’mijiet ta’ persuni attendew għal din il-miexja mill-Kalkara sa xatt ta’ Bormla.

Aqra aktar

B’investiment ta’ miljun ewro sala mitluqa f’Monte Carmeli se terġa’ tingħata l-ħajja

B’investiment ta’ miljun ewro, il-Gvern qed jagħmel xogħlijiet infrastrutturali u ta’ tisbiħ fis-sala tal-irġiel fl-isptar Monte Carmeli. B’din is-sala li kienet mitluqa kompletament fl-Isptar Monte Carmeli qed tiġi rranġata u mgħammra biex tilqa’ 23 pazjent maskili. Ix-xogħlijiet jinkludu fost oħrajn xogħol infrastrutturali fuq is-soqfa, sistemi tad-dawl u tal-ilma. Xogħlijiet li ġew xprunati mill-Fondazzjoni Marigold, li miċ-ċokon tagħha investiet mill-fondi tagħha biex fost oħrajn isir xogħol ta’ tisbiħ f’din is-sala. Iżda minħabba l-kobor tas-sala u x-xogħlijiet infrastrutturali li kien hemm bżonn li jsiru, daħal għal dan l-investiment il-Gvern Ċentrali li qed jagħmel ukoll xogħlijiet fi swali oħra tal-isptar.

Aqra aktar

Is-Sinjura Muscat tniedi t-tielet edizzjoni ta’ Pink October

Dalgħodu ġie mniedi l-avveniment  “Pink October” li din is-sena ser ikun it-tielet edizzjoni tiegħu.

It-tneddija saret mic-Chairperson ta’ Marigold Foundation is-Sinjura Michelle Muscat li spjegat l-inizjattivi u l-attivitajiet li hemm ippjanati tul ix-xahar ta’ Ottubru ddedikat għall-aktar għarfien dwar il-kanċer fis-sider.Aqra aktar

Il-mara b’determinazzjoni tal-azzar

Michelle Muscat – Mart il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, iżda wkoll mara ta’ determinazzjoni u saħħa mentali liema bħalhom, bl-isport tal-għawm jixprunaha biex tikseb din is-saħħa, li twassalha wkoll biex tmexxi organizzazzjonijiet filantropiċi fosthom il-Marigold Foundation u Special Olympics Malta. Proprju nhar is-Sibt 22 ta’ Lulju, hija rebħet l-isfida li tgħum xejn inqas minn għaxar kilometri, eżattament mit-Torri tal-Għallis sal-Port ta’ Marsamxett, f’għawma li ngħatat l-isem ta’ North to Port bil-fondi kollha miġbura jmorru għal Marigold Foundation.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Tibda l-isfida ta’ Michelle Muscat

16:20: Michelle temmet l-isfida b’suċċess.

15:55: Michelle Muscat bħalissa tinsab tgħum fl-akwati ta’ Tignè, Tas-Sliema.

14:30: Bħalissa Michelle Muscat tinsab tgħum fl-akwati ta’ San Ġiljan fejn s’issa lestiet madwar 7km minn total ta’ 10km. Hi se tkun qed tintlaqa’ minn żewġha, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat f’Marsamxett, fejn hu stmat li tasal għall-ħabta tal-16:00.

13:15: Michelle Muscat bħalissa tinsab fl-akwati ta’ Pembroke.

 

Aktar qabel: L-isfida ta’ Michelle Muscat bdiet fl-10:30am b’qabża fil-baħar tal-akwati tat-Torri tal-Għallies fin-Naxxar.

Sfida li mistennija ddum mas-sitt siegħat u se tara t-tmiem tagħha fil-Port ta’ Marsamxett, iġifieri tul ta’ iktar minn 10km.

Is-sinjura Muscat se tkun qed tgħum f’riħ ta’ forza 3 li mistenni jiżdied mal-jum min-Nofsinhar, iġifieri kontriha u għalhekk l-isfida tagħha se tkun itqal.

Aqra aktar

Send this to a friend