michelle muscat – Page 3 – One News

Notifiki

Titnieda edizzjoni oħra tal-kampanja Pink October b’messaġġ b’saħħtu biex tingħeleb il-biża’

Għelbu l-biża’, aħjar uff milli aħħ.

Dan kien il-messaġġ b’saħħtu li għaddiet is-Sinjura Michelle Muscat waqt it-tnedija tal-kampanja għal din is-sena ta’ Pink October.

Bħas-sena l-oħra din il-kampanja se twassal messaġġ b’saħħtu dwar il-kura u l-prevenzjoni tal-kanċer tas-sider.

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold saħqet li jeħtieġ li aktar nisa jegħlbu l-biża’ u joqogħdu għall-eżaminar mammografiku biex b’hekk f’każ li jkollhom xi ħaġa ħażina għal saħħithom jilqgħuha minn kmieni.

Spjegat kif il-kampanja t’għarfien u kuxjenza se ssir fil-bliet u rħula madwar Malta u Għawdex.Aqra aktar

Il-Prim Ministru u s-Sinjura Muscat waqt il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu

Fost dawk preżenti li lbieraħ attendew għall-ballu tal-qamar ta’ Awwissu kien hemm ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu s-Sinjura Michelle Muscat.

Dan il-ballu ilu jsir għal bosta snin fil-Palazz tal-Verdala; liema palazz kien ir-residenza tal-Granmastru tul iż-żmien tas-sajf.

L-arkitett tal-Palazz Verdala kien il-Malti Ġilormu Cassar u llum dan iservi għal bosta okkażjonijiet speċjali kemm dawk statali kif ukoll attivitajiet marbuta ma’ istituzzjonijiet tal-karità fosthom il-Malta Community Chest Fund.

Fil-fatt, il-ballu tal-qamar ta’ Awwissu huwa parti mill-attivitajiet li jittellgħu b’kollaborazzjoni ma’ dan il-fond li jagħmel tant ġid f’pajjiżna.

Vojt, dwejjaq u uġiegħ – Ir-raġel ta’ Sharon Fabri li tilfet il-battalja kontra l-kanċer

Sharon Fabri tilfet il-battalja tagħha kontra l-marda qerrieda tal-kanċer.

Deskritta bħala mara qalbiena u mimlija kuraġġ u ferħ kull fejn kienet tkun, Sharon ħalliet din id-dinja llum 5 ta’ April 2018.

Fi status li tella’ r-raġel tagħha Adrian Fabri fisser il-vojt kbir li ħalliet warajha martu kif ukoll l-uġiegħ indeskrivibbli.

Adrian kien il-moħħ li fi ħdan il-kumpanija JP Adertising Marketing Agency bdew il-kampanja Pink October flimkien ma’ mart il-Prim Ministru Michelle Muscat.

Mument ħelu bejn il-familja Muscat u dik Irjali jissemma f’sit internazzjonali

Id-Duka ta’ Cambridge tkellem dwar il-passatemp tal-Prinċipessa Charlotte: hi iħobb tiżfen! il-Prinċep William tkellem dwar dan waqt laqgħa mal-mexxej Malti Joseph Muscat u l-familja tiegħu nhar it-Tnejn 12 ta’ Marzu 2018.

Il-missier ta’ żewġ itfal qasam mument ħelu mal-Prim Ministru Malti u martu Michelle Muscat, u t-tewmin bniet tagħhom, Etoile Ella u Soleil Sophie waqt laqgħa f’jum tal-Commonwealth li saret f’Marlborough House. Meta s-Sinjura Muscat qalet li l-bniet tagħhom ta’ għaxar snin jattendu skola tal-arti tal-ispettaklu, William wieġeb: “Binti Charlotte tħobb iż-żfin.”

Dan issemma’ bi prominenza fis-sit internazzjonali Hello.

Fond ta’ €5.5 miljun għal mediċini ta’ pazjenti b’mard rari

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fl-aħħar jiem ħareġ avviż legali li għandu l-għan li jiffaċilita l-aċċess għall-mediċini għal pazjenti b’mard rari. Dan qalu waqt seminar dwar il-mard rari.

Fearne spjega kif persuni li għandhom mard rari u li għandhom bżonn mediċini li mhumiex fil-formularju tal-Gvern, illum ma għandhomx aċċess għalihom ħlief jekk tittieħed deċiżjoni mit-tabib ewlieni tal-Gvern (CMO), li jiddeċiedi jekk pazjent għandux jingħata aċċess jew le għal mediċina partikolari. Aqra aktar

Send this to a friend