michelle muscat – Page 2 – One News

Notifiki

Michelle Muscat se tgħum 14-il kilometru fit-13 ta’ Lulju

Bit-tema Tail’s End, mart il-Prim Ministru, is-Sinjura Michelle Nuscat se twettaq l-akbar sfida ta’ 14-il kilometru ta’ għawm mal-kosta fit-Tramuntana tal-pajjiż. Is-Sinjura Muscat se tisfida l-kurrenti fit-13 ta’ Lulju, f’baħar miftuħ fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Hija spjegat li r-rotta se tkun deċiża skont it-temp.

Din hija l-ħames darba li s-Sinjura Muscat se tkun qed tagħmel din l-inizjattiva bl-aħħar waħda tkun dik mill-Qawra sal-Għadira. Il-kowċ tas-sinjura Muscat, Anna Calleja, iddeskriviet lil Michelle Muscat bħala persuna eżemplari u tieħu din l-isfida b’serjeta kbira tant li titħarreġ kwazi kuljum għaliha. Sena wara l-oħra, Michelle Muscat daħlet għal din l-isfidna biex jinġabru flus għall-Fondazzjoni Marigold li tgħin bosta għaqdiet f’pajjizna fosthom l-ispecial olympics.Aqra aktar

Kandidati tal-PL għall-Kunsilli Lokali li għandhom diżabbiltà determinati li jgħinu l-lokalitajiet tagħhom

Id-diżabbiltà tista’ tpoġġi numru ta’ sfidi. Iżda d-determinazzjoni twassal biex dak li jkun xorta waħda jaħdem biex iwettaq il-ħolm tiegħu u saħansitra tal-komunità ta’ madwaru. Il-Partit Laburista għandu ħames kandidati b’diżabbiltà għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li ġejjin.

F’ikla mas-Sinjura Michelle Muscat u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Dr Randolph De Battista, il-ħames kandidai ddiskutew l-aspirazzjonijiet għal-lokalità tagħhom. Ma qagħdux lura milli jsemmu dak li jista’ jkun ta’ sfida fil-ħidma tagħhom, iżda daqstant ieħor dehru determinati li jirnexxu.  Aqra aktar

“Kien xahar sabiħ ħafna fejn ingħaqadna flimkien għal din il-kawża”- Michelle Muscat

Min libes xi ħaġa ta’ lewn roża, u min xegħel il-faċċata jew xi post bid-dawl roża. Oħrajn għażlu li jsajru xi kejk jew xi ħaġa tal-ħelu bil-kulur roża.

Kulħadd bl-ideat innovativi tiegħu, iżda għal għan wieħed, dak li titqajjem aktar kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider.

Matul ix-xahar ta’ Ottubru għadd ta’ skejjel, kumpaniji u għaqdiet ħadu sehem fil-kampanja Pink October imtella’ mill-Fondazzjoni Marigold.Aqra aktar

Send this to a friend