Michael Farrugia – Page 3 – One News

Notifiki

Mis-sena d-dieħla jibda l-proġett ta’ Safe City

Beda jitħaddem il-Joint Innovation Centre li jmexxi l-kunċett ta’ Safe City li se jara l-installazzjoni ta’ għadd ta’ kameras tas-sigurtà madwar Malta, b’mod partikolari f’San Ġiljan u l-Marsa. Dan bil-għan li tiżdied is-sigurtà għar-residenti.

Dan il-proġett imħabbar fil-Baġit għas-sena d-dieħla se jara l-użu ta’ teknoloġiji avvanzati fil-qasam tat-telekomunikazzjoni u  sorveljanza viżiva. S’issa dan il-proġett diġà qed jitħaddem f’post mhux pubbliku hekk kif it-teknoloġija diġà tinsab f’pajjizna biex tiġi ppruvata.Aqra aktar

Biex inkunu iktar siguri fuq l-internet

Daqs erba’ sekli u nofs ilu niddefendu gżiritna bil-kanuni u x-xwabel mid-dagħdigħa li tefgħu fuqna t-Torok u llum niddefendu l-assi diġitali tagħna b’mod virtwali u teknoloġiku.

Propju fil-Forti Sant’Anġlu li żamm sod għal ħbit, wieħed wara l-ieħor, il-MITA nediet it-tieni fażi tal-kampanja tagħha dwar is-sigurtà diġitali. Aqra aktar

Il-Ministru Michael Farrugia jiċħad dak li qalet ‘Il-Mument’

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia ċaħad allegazzjonijiet li saru fi storja fl-ewwel paġna tal-gazzett Il-Mument bit-titlu ‘Michael Farrugia jaqla’ ċamata minn Kastilja’.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern qal li l-artiklu huwa bbażat fuq storja vvintata f’mumenti meta l-Pulizija qed ikollha diversi suċċessi fil-ġlieda kontra l-kriminalità, tnaqqis ta’ kriminalità f’pajjiżna, u f’lejliet l-iffirmar ta’ ftehim storiku għall-membri tal-Korp tal-Pulizija. Il-Ministeru, kif għamel diġà, reġa’ ċaħad qlajjiet fuq il-Kummissarju tal-Pulizija.Aqra aktar

Pjan ta’ azzjoni għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia waqt li kien qed jindirizza lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, qal li għal ħafna min-nies ix-xogħol tad-Dipartiment jinkludi biss tifi tan-nar, iżda huwa ħafna usa minn hekk. Huwa qal li għaddejjin numru ta’ avviżi legali biex jagħtu aktar saħħa legali lid-Dipartiment.Aqra aktar

Preżentazzjoni ta’ ċertifikati ta’ rikkonoxximent wara 25 sena servizz

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia flimkien mad-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Korrettivi, il-Kurunell Alexander Dalli, għall-ewwel darba ppreżentaw ċertifikati ta’ rikkonoxximent lill-ħames uffiċjali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li rtiraw wara 25 sena servizz. Wieħed mill-uffiċjali rċieva ċ-ċertifikat fl-assenza ta’ missieru. Is-Sur Kevin Mahoney, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali kien preżenti waqt iċ-ċerimonja.

Aqra aktar

Malta toffri l-għajnuna lill-Greċja fit-traġedja li qed isseħħ bħalissa

Malta offriet l-għajnuna lill-Greċja fit-traġedja li qed isseħħ bħalissa fejn nirien ħakmu Attica viċin Ateni.

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili offra l-assistenza tiegħu.

S’issa, in-numru ta’ nies mejta tela’ għal 70 persuna.

 

Beppe Fenech Adami jgħid li l-elezzjoni ħafret in-nuqqasijiet tal-PN

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ddikjara li t-telfa elettorali li ġarrab il-partit Nazzjonalista ħaffret in-nuqqasijiet gravi li wettqu amministrazzjonijiet Nazzjonalisti fil-Gvern.

Mistoqsi waqt il-programm Dissett jekk intrefgħetx ir-responsabbiltà politika għan-nuqqas serju ta’ gvernijiet nazzjonalisti li baqgħu jirrifjuta li jdaħħlu d-dritt tal-avukat waqt l-interrogazzjoni mill-Pulizija u li kawża ta’ dan, bosta kriminali qed jispiċċaw illiberati, Fenech Adami qal li r-responsabbiltà ntrefgħet għax illum il-Partit Nazzjonalista qiegħed fl-Oppożizzjoni.Aqra aktar

Il-Korpi Dixxiplinati jingħaqdu għal attività sportiva

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ppreseda waqt attività sportiva li saret fil-barracks ta’ Ħal Luqa u ta’ Ħal Safi. Uffiċjali fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, fil-Forzi Armati ta’ Malta, fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, u fl-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati pparteċipaw f’din l-attività.
Aqra aktar

Send this to a friend