Michael Farrugia – One News

Notifiki

Titnieda skema ta’ batteriji għal sistema ta’ pannelli li jaħżnu l-enerġija u tintuża skont il-bżonn

Skema ġdida ser tgħin lil dawk li diġà nvestew f’sistema ta’ pannelli fotovoltajiċi sabiex issa jinvestu f’sistema ta’ batteriji sabiex ikunu jistgħu iżommu l-enerġija ġġenerata u jużawha skont il-bżonn.Aqra aktar

Proġett ta’ €4 miljun għal sistema adegwata ta’ drenaġġ

Investiment ta’ kważi €4 miljun ser ikun qed iħares madwar mijja u għoxrin familja li jgħixu f’postijiet remoti fir-Rabat ikollhom sistema adegwata ta’ drenaġġ. Permezz ta’ dan il-proġett ser ikunu qed jibbenefikaw ukoll familji li jgħixu fin-naħat magħrufa bħala tal-Landrijiet u tas-Salvatur. Aqra aktar

Il-pandemija Covid-19 uriet il-ħtieġa għal investiment akbar f’soluzzjoijiet ta’ enerġija nadifa

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia qal li l-pandemija Covid-19 għamlet iktar evidenti l-ħtieġa għal aktar investimenti f’soluzzjonijiet ta’ enerġija aktar nadifa u effiċjenti. Waqt il-Konferenza Informali ta’ Livell Għoli għall-Ministri tal-Enerġija, il-Ministru Farrugia saħaq fuq l-importanza tal-miżuri biex jonqos il-konsum tal-enerġija, speċjalment fis-settur tat-trasport, għandhom ikunu appoġġati bħala parti mill-proċess ta’ rkupru biex jiġi żgurat li l-intensità tal-enerġija f’ċerti setturi tkompli tonqos. Aqra aktar

Il-Ministru Michael Farrugia jġarrab ġrieħi f’rasu

Ilbieraħ filgħaxija waqt li kien fir-residenza tiegħu, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia kellu inċident meta waqa’ u sofra ġrieħi f’rasu.

Il-Ministru Michael Farrugia nżamm għall-osservazzjoni fl-Isptar Mater Dei u aktar tard mistenni li joħroġ mill-isptar. Hu se jkun indispost għall-ġranet li ġejjin u jkun apprezzat li jingħata ċans ta’ perjodu ta’ mistrieħ.

Il-Korp tal-Pulizija b’aċċess għal 60 kamera ta’ Transport Malta

Ġie ffirmat Memorandum of Understanding li jagħti aċċess lill-Korp tal-Pulizija għal madwar 60 kamera li għandha Transport Malta fit-toroq u l-portijiet madwar pajjiżna.

Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia, saħaq li dan il-ftehim ikompli jmexxi l-Korp tal-Pulizija maż-żminijiet fil-ġlieda kontra l-kriminalità. Dan filwaqt li hekk il-pulizija jkunu jistgħu jgħinu b’mod iżjed effettiv fl-infurzar fit-toroq.

Il-Ministru għat-Transport u infrastruttura, Ian Borg, stqarr kif dan l-investiment f’kameras madwar pajjiżna huwa mod effettiv kif l-awtorità tindirizza l-akwati l-iżjed problematiċi u li jżommu traffiku. Filfatt in-numru ta’ kameras mistenni jiżdied.

Huwa seraq moħħ kulħadd li dawn il-kameras mhux se jkunu qed jintużaw biex iħarrku s-sewwieqa.

Investiment qawwi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Uffiċjali tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi rreġistraw bħala donaturi tal-organi u r-reġistrazzjonijiet rispettivi tal-uffiċjali ġew ippreżentati l-Ħamis filgħodu lill-Aġent Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-preżenza tal-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia waqt żjara li għamlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.Aqra aktar

Il-fatti jgiddbu lil Delia dwar is-serq mid-djar f’Tas-Sliema

Fil-każin nazzjonalista ta’ tas-Sliema Adrian Delia  qal li n-nies f’Tas-Sliema qed jagħmlu saħansitra tliet bibien minħabba r-rata ta’ serq f’Tas-Sliema.

Izda c-cifri ufficjali ppubblikati mill-Ministru Michael Farrugia juru li meta mqabbel mal-aħħar sena tal-Partit Nazzjonalista, ir-rapporti ta’ serq minn djar f’Tas sliema naqsu  bi tlettin fil-mija.

Aqra aktar

Send this to a friend