Michael Falzon – Page 4 – One News

Notifiki

Vince Farrugia u Paul Abela jridu jħallsu €5,000 f’danni lill-Perit Michael Falzon

Il-Qorti tal-Appell ċaħdet appell mill-eks direttur tal-GRTU Vince Farrugia u l-President attwali Paul Abela, u ordnatilhom iħallsu €5,000 f’danni lill-Perit Michael Falzon.

Il-każ imur lura għall-2013, meta Vince Farrugia ħareġ stqarrija urġenti b’risposta għal dawk li sejħilhom allegazzjonijiet foloz fil-konfront tiegħu meta kien qed jixhed waqt proċeduri kriminali fil-konfront tal-President tal-Malta Developers’ Association Sandro Chetcuti.

Chetcuti kien akkużat li pprova joqtol lill-Farrugia, imma sena wara l-Avukat Ġenerali biddel l-akkuża u Chetcuti kien akkużat li pprova jikkaġuna ġrieħi serji. Dan wara li sema’ l-evidenza fi proċeduri kriminali, inkluż xhieda kunflinġenti bejn esperti mediċi dwar in-natura tal-ġrieħi. Chetcuti kien instab ħati li kkaġuna ġrieħi ħfief.

Farrugia kien qal li ħassu diżappuntat li Falzon ibbaża l-evidenza tiegħu fuq il-verżjoni li pprovda Chetcuti, u ma saqsiex għall-verżjoni tiegħu. Irriżulta fil-Qorti li Farrugia rreaġixxa  għall-kummenti ta’ Falzon skont kif irrapportati fil-mezzi tax-xandir, u mhux għax kien preżenti fl-awla tal-Qorti.

Aqra aktar

Meta Simon Busuttil ma jilgħabx iħassar

Minn xiex qed jiddejjaq il-Kap tal-Oppożizzjoni?  X’qed iżommu milli jitpoġġa taħt skrutinju? Staqsa dan il-Partit Laburista f’ konferenza tal-aħbarijiet b’ reazzjoni immedjata għad-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppozizzjoni.

Aqra aktar

Eks Ministru Nazzjonalista jikkundanna lil Bezzina u jgħid li Busuttil inkonsistenti

L-eks Ministru Nazzjonalista Michael Falzon kellu kliem ta’ kundanna għall-aġir tad-deputat nazzjonalista Toni Bezzina, li applika għall-villa bi swimming pool fuq art ODZ.

Waqt il-programm One Week, Falzon qal li dan kien pass li Toni Bezzina qatt ma kellu jagħmlu.

Aktar minn hekk, Falzon qal li għandu ‘jiġġudika l-poplu’ dwar l-inkonsistenzi ta’ Simon Busuttil.

Segwi hawn.

Aqra aktar

‘Deal’ fl-2012 bil-prezz tal-1990

Wieħed mill-punti li jinnota l-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu dwar l-art tal-Lowenbrau huwa kif għal ‘deal’ li sar fl-2012 tħallas prezz tal-1990. Emfasizza dan il-punt fuq ONE NEWS BREAKFAST l-eks Segretarju Parlamentari, Michael Falzon, li qal kif l-Awditur Ġenerali ma setax ma jsibx nuqqasijiet fil-każ. Sostna wkoll kif dan kien ‘deal li sar f’jumejn.

Aqra aktar

L-Awditur ma jindikax “kollużjoni” minn Falzon

Quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi l-Awditur Ġenerali stqarr li l-kelma “kollużjoni” fir-rapport dwar il-każ ta’ Strada Zekka kienet qed tintuża “għal xi tip ta’ ftehim bejn Gaffarena u d-Dipartiment tal-Artijiet”, mhux għall-eks-Segretarju Parlamentari Michael Falzon.

B’mod repetut l-Awditur Ġenerali evita milli jipponta subgħajh lejn Michael Falzon minkejja li ġie rrimarkat mill-membri tal-Oppożizzjoni li fir-rapport tiegħu l-Awditur qal li kien hemm kollużjoni bejn id-Direttur Estate Management (DEM), id-Direttur Ġenerali u s-Segretarju Parlamentari. L-Awditur dar mal-lewża iżda qatt ma qal li l-akkuża ta’ kollużjoni kienet diretta għal Dr Falzon.

Aqra aktar

Send this to a friend