Michael Falzon – One News

Notifiki

Iffirmat ftehim li se jwassal biex it-tfal tat-twelid sa żgħażagħ ta’ 16 -il sena jkunu screened għall-iżviluppi intellettwali u fiżiċi

Ġie mniedi l-qafas sabiex titfassal l-istrateġija ta’ screening tat-tfal sabiex sa minn etajiet bikrija, jiġu identifikati u jingħarfu diffikultajiet.Aqra aktar

Ikteb ktieb biex tħeġġeġ liċ-ċkejknin ifaddlu l-flus

Ġiet imnedija kompetizzjoni ta’ kitba ta’ kotba sabiex fost l-oħrajn it-tfal tal-primarja jitgħallmu jkunu kapaċi jfaddlu, jippajanaw kif iġemmgħu u jonfqu flushom fil-futur.Aqra aktar

Il-miżuri soċjali mfaħħra wkoll

Il-miżuri tal-Gvern fil-qasam soċjali biex dan jilqa’ għall-effetti tal-Covid-19 biex jilqa’ l-effetti tal-COVID-19 ingħataw prominenza mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà Soċjali, li għandha taħt il-protezzjoni tagħha bosta aġenziji u dipartimenti governattivi minn pajjiżi differenti. F’analiżi dwar kif il-pajjiżi pproteġu dan il-qasam tul il-pandemija, l-Assoċjazzjoni qalet li l-miżuri kollha tal-Gvern Malti flimkien ma’ Aġenziji bħal Malta Enterprise u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, ikkontribwixxew bi sħiħ biex il-popolazzjoni tiġi mħarsa mill-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi. Dawn kollha kienu effettivi wkoll biex ir-rata ta’ infezzjoni fil-pajjiż tinżamm baxxa, biex jissalvaw mall-100,000 impjieg, u biex żewġ terzi tal-impjegati fis-settur privat jirċievu għajnuna finanzjarja. Hawn issemmiet ukoll il-ħidma li saret biex jitħarsu anzjani, persuni vulnerabbli u persuni b’diżabilità. Aqra aktar

Send this to a friend