Notifiki

Fl-ewwel nofs tal-2020 l-MGA kkanċellat seba’ liċenzji tal-logħob u daħlet €2.4M f’multi

Bejn Jannar u Ġunju tas-sena l-oħra, l-Awtorità Maltija għal-Logħob ħarġet disa’ multi li b’kollox jammontaw għal aktar minn żewġ miljun u erba’ mitt elf ewro. Dan filwaqt li b’kollox inħarġu ħdax-il twissija, żewġ sospensjonijiet u seba’ operaturi tteħditilhom il-liċenzja tal-logħob.Aqra aktar

Ftehim kollettiv bejn l-GWU u l-MGA

Il-General Workers’ Union, permezz tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi ffirmat ftehim kollettiv għall-impjegati tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) li huma fil-gradi ta’ Gaming Inspectors u Shift Leaders. Il-ftehim kollettiv li jkopri perjodu ta’ erba’ snin sal-2020 qed itejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjegati fosthom f’titjib fis-salarji u inċentivi finanzjarji oħra li huma marbuta mat-tip ta’ xogħol li jwettqu.

Aqra aktar

Jidħol fis-seħħ Att Ġdid dwar il-Logħob

Mil-lum, l-1 ta’ Awwissu 2018, daħal fis-seħħ l-Att Ġdid dwar il-Logħob li kien approvat mill-Parlament Malti fit-8 ta’ Marzu 2018. Dan l-Att daħal fis-seħħ flimkien ma’ leġiżlazzjoni sussidjarja u strumenti vinkolanti maħruġa mill-Awtorità u flimkien jistabilixxu l-proċessi u l-proċeduri dettaljati li jikkonstitwixxu l-qafas ħolistiku regolatorju tas-settur tal-logħob. L-Att daħal fis-seħħ wara li għadda mill-proċess tat-TRIS (‘EU Technical Regulation Information System’), bi qbil mad-Direttiva tal-UE 2015/1535.

Aqra aktar

Send this to a friend