MFSA – Page 4 – One News

Notifiki

Kumpanija ta’ Bartolo sospiża mill-Borża

Kumpanija ta’ Ivan Bartolo, ippreżentat bħala star candidate tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali li ġejja, tneħħiet minn fuq il-Borża ta’ Malta għaliex kisret ir-regoli finanzjarji.

L-aġir ta’ Bartolo kien deskritt bħala rresponsabbli minn esperti fis-settur finanzjarju.

Jirriżulta li din il-kumpanija, bl-isem ta’ six pm, tneħħiet minn fuq il-borża ta’ Malta għaliex ma ppubblikatx r-riżultati finanzjarji tagħhom skont il-liġi.

Aqra aktar

“Fl-aħħar il-fond se jkollu tmexxija tajba”

• Ir-reazzjoni tal-Iżvediżi wara d-deċiżjoni li l-fond “ta’ Tonio Fenech” jitmexxa minn Awdituri

Kienet ċara r-reazzjoni tal-Aġenzija Żvediza għall-Pensjonijiet dwar id-deċiżjoni li Falcon Funds, li tiegħu hu direttur l-eks Ministru Tonio Fenech, jgħaddi f’idejn awditur biex jamministrah.

“Nilqgħu d-deċiżjoni tal-MFSA. Dan ifisser li sa fl-aħħar il-fond se jkollu tmexxija tajba,” qal il-Kap tad-Dipartiment Legali fi ħdan l-Aġenzija tal-Pensjonijiet Żvediża, Mikael Westberg.

Aqra aktar

ATTENTI – temmnux lis-sit “My Advertising Pays”

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) tixtieq tavża lill-pubbliku dwar entità li qegħda topera taħt l-isem My Advertising Pays, li hu magħruf li għandha preżenza fuq l-Internet fuq www.myadvertisingpays.com.

Minn informazzjoni disponibbli għand l-MFSA, My Advertising Pays jidher li qed toffri aċċess għal opportunità ta’ investiment fir-reklamar permezz ta’ sistema ‘pay-per-click’. L-Awtorità hi infurmata li din l-entità qed tirreklama l-attivitajiet tagħha f’Malta u li għamlet kuntatt mal-pubbliku sabiex jinvestu magħha.

Aqra aktar

TWISSIJA mill-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) avżat lill-pubbliku dwar entità li qed topera taħt l-isem Provident Capital Management, u li għandha preżenza fuq l-Internet u li jidher li qed toffri servizzi ta’ investiment u/jew servizzi finanzjarji oħra lil konsumaturi Maltin.

L-MFSA twissi lill-pubbliku, f’Malta u barra minn Malta, li l-entità msemmija hawn fuq MHIX kumpanija reġistrata f’Malta u LANQAS m’hi entità liċenzjata jew awtorizzata b’xi mod ieħor mill-MFSA bix tipprovdi xi tip ta’ servizz finanzjarju.

Aqra aktar

Send this to a friend