MFSA – Page 3 – One News

Notifiki

Minn 5 persuni għal 300 ħaddiem – Ferratum Bank

Bank internazzjonali li jibbaża l-ħidma tiegħu fuq it-teknoloġija finanzjarja se jkompli jkabbar l-operat tiegħu IL-Bank Ferratum li ilu jopera f’Malta għal dawn l-aħħar ħames snin kompla jinvesti fl-operat tiegħu f’pajjiżna hekk kif fetaħ binja ġdida ta’ uffiċini fil-Gżira.

Aqra aktar

L-MFSA tinnota s-saħħa tas-settur bankarju f’Malta

F’kumment esklussiv ma’ one.com.mt, il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA, Joseph Cuschieri nnota s-saħħa tas-settur bankarju f’Malta, jum wara ċ-ċertifikat tal-aġenzija internazzjonali tal-kreditu, Standard and Poor’s.

Cuschieri saħaq li dan is-settur għaddej minn tkabbir, u l-MFSA tagħmel diskussjonijiet regolari mal-banek kollha ta’ Malta biex tassigura futur sostenibbli għas-settur. Aqra aktar

Malta tagħżel li tmexxi – Silvio Schembri

Dwar DLT l-Ewropa għandha mistoqsija waħda xi twieġeb, jew li tmexxi jew li ssegwi. Malta għażlet li tmexxi – Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jindirizza Fintech and Digital Innovation Regulation Conference fi Brussell.

Meta kien qed jindirizza l-konferenza bit-tema Fintech and Digital Innovation Regulation fi Brussell is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri ppreżenta d-deċiżjoni li ħa pajjiżna, dik li jħaddan it-teknoloġija u taddotta qafas leġiżlattiv f’qasam li preżentament għadu mhux irregolat. Schembri spjega t-twaqqif t’Awtorità ġdida, Malta Digital Innovation Authority li se tkun responsabbli miċ-ċertifikazzjoni u superviżjoni ta’ arranġamenti teknoloġiċi.

Aqra aktar

Twaqqif t’entità responsabbli mir-reġistrazzjoni ta’ kumpaniji

Fiż-żmien li ġej se jibda proċess li se jwassal għall-ħolqien ta’ entità ġdida li se tkun responsabbli mir-reġistrazzjoni ta’ kumpaniji, ħabbar is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri waqt li indirizza konferenza annwali tal-IFSP bit-tema ‘Efficiency and Innovation, the way forward for Malta’s Financial Services Industry’.

Waqt il-konferenza Silvio Schembri spjega li t-twaqqif tal-entità se jpoġġi lill-MFSA f’pożizzjoni iżjed b’saħħitha u tkun tista’ tiffoka aħjar fuq l-irwol regolatorju. Silvio Schembri rrefera għall-bżonn li tissaħħaħ l-istruttura interna tal-Awtorità b’mod li tirrifletti l-iżviluppi li seħħew matul iż-żmien u b’hekk l-Awtorità tkun iżjed proattiva u tesplora niċeċ ekonomiċi ġodda f’dan is-settur. “Dan se jkun fl-irwol tal-kariga l-ġdida fi ħdan l-Awtorità, il-kariga ta’ kap eżekuttiv”, qal is-Segretarju Parlamentari filwaqt li żied li dan qed iseħħ b’riżultat ta’ konsultazzjoni pubblika li tnediet ftit xhur ilu fejn instemgħu l-ħsibijiet tal-industrija u tal-pubbliku u kif jaraw li l-Awtorità se tkompli tevolvi fis-snin li ġejjin.

Silvio Schembri tkellem dwar il-bżonn li jsir assessjar kontinwu ta’ kif nibqgħu dejjem kompetittivi fejn għandhom x’jaqsmu l-prezz u l-ħolqien tal-valur miżjud, u dan jista’ jseħħ biss permezz tal-innovazzjoni. F’dan il-kuntest, kompla s-Segretarju Parlamentari, qed isseħħ l-inizjattiva tal-Gvern, dik li ‘jirregola’ r-riżultat minn DLT u minn teknoloġija oħra relatata. “Irridu li s-servizzi finanzjarji jkunu qabel iż-żmien tagħhom”.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri rringrazzja lil IFSP li flimkien ma’ entitajiet finanzjarji oħra appellaw lill-imsieħba ekonomiċi u lill-mezzi tal-media biex jaħdmu flimkien fl-aqwa interess tal-industrija. “Kullħadd għandu rwol xi jwettaq biex nissalvagwardjaw ir-reputazzjoni eċċellenti ta’ pajjiżna”, qal Silvio Schembri.

Skema ġdida ta’ boroż ta’ studju immirati lejn is-settur tas-servizzi finanzjarji.

Fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, Malta tikkwalifika mal-aqwa 50 pajjiż. Dan ħareġ fir-Rapport Kompetittiva Globali tal-Forum Ekonomiku Dinji 2015-2016. Fil-fatt, Malta tinsab fil-25 post  fid-dinja għad-disponibbiltà tas-servizzi finanzjarji tagħha, fit-23 post għall-affordabbiltà tas-servizzi finanzjarji u fit-33 post għall-finanzjament permezz tas-suq ta’ ekwità lokali. Minkejja li huwa l-iżgħar stat membru tal-UE, Malta tiddistingwi ruħha f’dan is-settur.

Dan is-settur qed jiffaċċja diffikultajiet biex jimtlew postijiet battala f’każijiet speċifiċi, fuq il-livelli diversi kemm dawk professjonali, tekniċi u ħiliet prattiċi. L-iskema tal-boroż ta’ studju għandha l-għan li tindirizza dan, permezz ta’ taħriġ speċjalizzat f’diversi oqsma ta’ servizzi finanzjarji.

Aqra aktar

Titnieda konsultazzjoni pubblika biex tissaħħaħ l-MFSA

Il-Gvern illum nieda konsultazzjoni pubblika bil-għan li jsaħħaħ l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA.

B’hekk se jkun qed tissaħħaħ l-istruttura kif ukoll ir-riżorsi għas-settur finanzjarju diġitali.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li l-Awtorità trid tkompli timxi ‘l quddiem biex iżżomm lilha nfisha aġġornata maż-żminijiet tal-lum.

Aqra aktar

Send this to a friend