Il-bank Satabank jinsab f’kuntatt mal-klijenti korporattivi tiegħu biex dawn jibdew jieħdu flushom lura. Fi stqarrija, il-bank qal li kkuntattja wkoll l-ewwel grupp ta’ klijenti individwali u numru ta’ depożiti diġà ntbagħtu.Aqra aktar

Il-bank Satabank jinsab f’kuntatt mal-klijenti korporattivi tiegħu biex dawn jibdew jieħdu flushom lura. Fi stqarrija, il-bank qal li kkuntattja wkoll l-ewwel grupp ta’ klijenti individwali u numru ta’ depożiti diġà ntbagħtu.Aqra aktar
Malta mistennija tkun il-bażi ta’ bank li se jibda jagħti servizz lill-kumpaniji tal-blockchain u l-crypto-currencies, li s’issa ma setgħux jingħataw is-servizzi li kellhom bżonn mill-banek tradizzjonali.
Jidher li l-kumpanija RnF Finance Limited, sieħeb ewlieni ta’ OK Group f’Malta, se tkun qed topera bħala l-istituzzjoni tal-kreditu hekk kif l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, tawtorizza dan.Aqra aktar
Mit-Tnejn li ġej, l-ewwel grupp ta’ klijenti ta’ Satabank li kellhom il-kontijiet tagħhom iffriżati se jkunu jistgħu jibdew jieħdu flushom lura.
Dan wara li fl-aħħar ġimgħat, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, issospendiet l-attività bankarja ta’ Satabank bil-konsegwenza li l-klijenti tal-bank la setgħu jiddepożitaw u wisq aktar jiġbdu flushom.Aqra aktar
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista għandha tiddeċiedi xi trid mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA. Dan qalu l-Gvern meta wieġeb għall-aħħar stqarrija mill-Partit Nazzjonalista dwar l-azzjoni f’waqtha li ħadet l-MFSA dwar Satabank.
Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali, u Innovazzjoni tenna li filwaqt li l-gvern se jara li kemm jista’ jkun dawk il-kumpaniji u persuni li għandhom il-flus tagħhom f’dan il-bank ikunu mgħejuna, fil-limiti li tagħtih il-liġi, l-istess Oppożizzjoni għandha tiddeċiedi xi trid mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji. Aqra aktar
Is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali, u l-Innovazzjoni qal kif huwa tassew ta’ għajb li fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista kompliet għaddejja kampanja qarrieqa kontra l-ħaddiema tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, awtorità indipendenti li qed tagħmel xogħolha b’mod ċar fosthom anke fil-każ tas-Satabank, fejn skont l-istess stqarrija maħruġa mill-awtorità, hija ħadet il-passi kollha li kellha tieħu, xi ħaġa li l-gvern jappoġġja. Aqra aktar
Il-Gvern appoġġja l-azzjoni li ħadet l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, meta waqqfet l-operat ta’ SataBank minħabba allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus. Aqra aktar
L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-MFSA appuntat lill-kumpanija Ernst and Young Ltd (EY), bħala l-persuna kompetenti biex tissorvelja l-bank Satabank p.l.c. u tirrapporta dwar in-natura, it-tmexxija jew kwalunkwe aspett partikolari ieħor marbut mal-qadi xieraq tas-servizzi li joffri l-bank.
L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji kompliet issaħħaħ il-proċeduri tagħha kontra l-ħasil tal-flus bil-publikazzjoni tal-Gwidi dwar Persuni Esposti politikament.
Pass ieħor fl-isforzi tal-istess Awtorità sabiex ittejjeb is-superviżjoni fuq il-ħasil ta’ flus u tindirizza sfidi internazzjonali li ġejjin mill-ħasil ta’ flus.Aqra aktar
Id-deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea li tagħlaq inkjesta preliminari dwar possibilità ta’ ksur ta’ liġijiet Ewropej li kienet maħsuba li ssir fuq l-MFSA b’rabta ma’ liġijiet Ewropej, dan wara li sabet li l-istess awtorità taderixxi perfettament mal-liġijiet u direttivi Ewropej, hija konferma tas-saħħa tal-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.
Filwaqt li wera fiduċja sħiħa fl-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Awtorità għaddejja minn bidliet kbar bil-għan li tkun aktar effiċjenti u jkun hemm superviżjoni aħjar, bis-servizzi kollha disponibbli fuq l-internet.
Muscat qal dan meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara attività li kellu fil-Gżira.Aqra aktar
Send this to a friend