MFSA – One News

Notifiki

L-MFSA b’150% aktar spezzjonijiet mill-2019

Fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA żdiedet b’mija u ħamsin fil-mija l-infurzar u l-ispezzjonijiet tagħha fuq entitajiet irreġistrati mal-awtorità, dan meta kkumparat mas-sena l-oħra.Aqra aktar

“Is-settur finanzjarju ta’ Malta huwa marbut b’saħħtu mal-bqija tad-dinja”- l-IMF

Esperti tal-Fondi Monetarju Internazzjonali kkonkludew li s-settur finanzajru ta’ Malta huwa f’saħħtu.

Dan joħroġ mill-Financial System Stability Assessment li sar mill-esperti tal-IMF fuq talba tal-Gvern Malti f’Settembru tal-2017.

Fl-evalwazzjoni tagħhom qalu li minkejja li hemm xi sfidi, is-sistema bankarja f’Malta hija f’saħħitha. Qalu li l-banek għandhom kapital u likwidità għolja u jistgħu jilqgħu għal xokkijiet kbar li jista’ jkollha l-ekonomija minn barra. Madakollu qalu li f’dawn iċ-ċirkostanzi banek żgħar jistgħu jkunu esposti għal xi riskji.Aqra aktar

L-MFSA twitti t-triq biex tkun fost l-aqwa regolaturi tas-servizzi finanzjarji fl-Ewropa

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA nediet il-viżjoni u l-istrateġija tagħha għat-tliet snin li ġejjin.

L-MFSA ppubblikat ukoll dokument ta’ konsultazzjoni dwar l-istrateġija tal-FinTech u pproponiet li tintroduċi ċentru ta’ innovazzjoni.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha nediet l-immaġini l-dida tagħha f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan, il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA Joseph Cuschieri qal li din il-viżjoni tiddefinixxi l-missjoni tal-Awtorità u l-viżjoni strateġika tagħha.

Huwa semma li din il-viżjoni hija msejsa fuq erba’ pilastri fosthom ir-riżors uman, it-teknoloġija, u aktar involviment tal-partijiet kkonċernati.Aqra aktar

L-MFSA bi twissija dwar entità li tgħid li topera minn indirizz f’Malta

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-MFSA, qed twissi dwar kumpanija FXNobels li qed tgħid li qed topera minn indirizz f’Malta. L-entità forex brokerage, li tippermetti lill-konsumaturi li jbiegħu u jixtru forex, CFDSs, stocks u muniti virtwali fuq l-internet, mhux qed topera minn Malta, u lanqas hija liċenzjata jew awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi servizzi ta’ investimenti finanzjarji lill-konsumaturi.Aqra aktar

Send this to a friend